Naqraw
Luqa 1, 26-38
26Imbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, 27għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija.28L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” 29Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. 30Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. 31Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.32Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru33u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.”34Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” 35Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla.36Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, 37għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.”38Imbagħad qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha.
Nitolbu
Għażiż Alla, nirringrazzjawk tal-qaddejja tiegħek, Marija li ma beżgħetx tgħid ‘iva’ meta dehrilha l-Anġlu Gabrijel. Għinni sabiex lanqas jien ma nibża, u nafda fik jien ukoll. Ammen.
Ngħixu
X’aktarx Marija kienet sorpriża ħafna b’dak li qalilha l-Anġlu Gabrijel. Ma tiskantax li lanqas fehmet eżatt dak li qalilha! Imma Marija, kienet tħobb ħafna lil Alla għalhekk kienet lesta li tagħmel dak kollu li jistaqsiha. Għal din ir-raġuni, it-tweġib tagħha kienet, “ħa jsir minni skont kelmtek.”
Hekk kif qed nibdew dan iż-żmien speċjali, ejjew nagħmlu ħilitna biex nobdu aktar lil Alla u nagħmlu dak li jogħġob lilu. Waħda mill-affarijiet li mistennija li nagħmlu matul ir-Randan, hi li nsumu.
Illum insumu mill-ħelu u ma nieklu xejn bejn ikla u oħra.
Attività