Naqraw
Luqa 17, 11-19
11Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. 12Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, 13għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” 14Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom. 15Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, 16inxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr. Issa dan kien Samaritan. 17U Ġesù qabad u qal: “Mhux l-għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra? 18Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani!” 19Imbagħad qallu: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.”
Nitolbu
Mulej, għinni biex ma nkunx bħal dawk id-9 lebbrużi li ma rringrazzjawx lil Ġesù, wara li fejjaqhom. Irrid dejjem infaħħrek u nirringrazzjak tar-rigali li tagħtini. Ammen.
Ngħixu
Ġesù, kemm fejjaq lebbrużi?
Kemm minn dawn irringrazzjaw lil Ġesù? Aqra, jew staqsi lil xi ħadd jaqralek 1 Tessalonkin 5, 16-18.
Illum immorru għall-quddies, u b’hekk inkunu qegħdin nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li rċevejna.
Attività