Lest għall-Avvent?

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' preparazzjoni għall-Avvent

L-Avvent huwa l-istaġun ta’ preparazzjoni għat-twelid ta’ Kristu. Matul dawn l-erba’ ġimgħat, fil-knisja ser naraw girlanda b’ 4 xemgħat:
3 xemgħat vjola li jirrapreżentaw it-tama, l-imħabba, u l-paċi, u waħda roża li tirrapreżenta l-ferħ. Kull ġimgħa nixgħelu xemgħa, sakemm
fil-Milied nixgħelu waħda bajda fin-nofs, tirrapreżenta d-dawl li jġib miegħu Ġesù fid-dinja tagħna.

  • Ferrex l-erbgħa xemgħat madwar il-platt u fin-nofs poġġi dik bajda, iżżejjen ukoll il-platt bil-weraq u xi fjuri jekk trid.
  • Ixgħel l-ewwel xemgħa vjola, dik li tirrapreżenta t-tama. 
  • Itlob biex kull persuna ssib it-tama f’ħajja eqreb lejn Alla.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.