Ħerqana għal żmien il-Milied? Tieħu gost toħroġ il-kaxxi tat-tiżjin u tibda tara d-dar tinbidel għal żmien il-Milied?
Din il-ġimgħa ser nibdew l-Avvent, li huwa żmien ta’ preparazzjoni biex niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù l-Messija. Matul dawn l-erbgħa ġimgħat fil-Knisja ser taraw girlanda li fih jkollu erba’ xemgħat tal-kulur: tlieta vjola u waħda roża, u xemgħa bajda fin-nofs. Kull ġimgħa nixgħelu xemgħa, sakemm nhar il-Milied nixgħelu dik bajda, li turi d-dawl li ġab miegħu Ġesù meta twieled. It-tlett xemgħat vjola jfissru it-tama, l-imħabba u l-paċi fil-waqt li r-roża tfisser ferħ. Il-kulur aħdar tal-girlanda ifisser tama u ħajja kontinwa.
Il-prayer space tal-lum jisimha Lesti għall-Avvent?
Għaliha ser jkollna bżonn platt tond, weraq ħodor friski jew tal-plastic, 3 xemgħat vjola, xemgħa roża u xemgħa bajda u xi ħaġa biex iżżomm ix-xemgħat dritti – oasi tal-qsari, vażżett bir-ramel jew candle holder.
Poġġi l-erbgħa xemgħat tal-kulur mat-tarf tal-platt tal-kartun u fin-nofs poġġi dik bajda. Żejjen il-platt bil-weraq u anke xi fjuri jekk trid.
Inġabar ftit, anke mal-familja jekk huwa possibli, u ixgħel l-ewwel xemgħa vjola. Din tirrappreżenta t-tama. Itlob biex kull persuna ssaħħaħ t-tama f’Alla dejjem . It- tama tgħinna biex ngħixu eqreb ma’ Alla u iżjed fil-paċi magħna nfusna u mal-oħrajn.
Ejjew inkantaw flimkien:
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!