Dejjem magħna

Is-Seba' Ħadd tal-Għid

Fl-Evanġelju ta’ din il-ġimgħa insibu punt fundamentali. “Morru u agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha” – jgħid Ġesù, u jidderieġi dan il-kliem lilna lkoll. Għalhekk ilkoll kemm aħna għanna din is-sejħa biex “nevanġelizzaw”, jiġifieri biex nagħtu xhieda ta’ Ġesù u nwasslu l-ispirtu tiegħu lil kull persuna. Il-mistoqsija hi, kif, eżattament, nistgħu nagħmlu dixxipli mil-ġnus kollha? F’dan iż-żmien li hu partikularment sekulari, x’nistgħu nagħmlu biex verament inkunu ‘sajjieda tal-bnedmin’ – kif nistgħu nkunu pontijiet li jiggwidaw lill-oħrajn lejn Sidna Ġesu?

Forsi l-ewwel ħaġa li rridu nżommu f’moħħna hija l-wegħda ta’ Ġesù; li se jkun “magħna dejjem, sal-aħħar taż-żmien”. Irridu niftakru dan, speċjalment fi żminijiet li jinħassu u jidhru koroh. Ġesù għadu magħna, u hija din l-preżenza tiegħu b’mod partikolari – u dik tal-Ispirtu s-Santu – li tista’ tgħinna nkunu pontijiet u evanġelizzaturi.

L-evanġelizzar ma jfissirx li mmorru nħabbtu l-bibien biex nitkellmu man-nies dwar Kristu. Ma jfissirx li wieħed jaqbad megafon u jistieden lin-nies biex “jikkonvertu”, kif kultant naraw individwi jagħmlu fit-toroq. Pjuttost, l-evanġelizzazzjoni vera hija ħafna aktar sottili. Irridu nifhmu li hemm modi differenti ta’ evanġelizzazzjoni u li kultant, saħansitra, biex nevanġelizzaw jeħtieġ li ma “nsemmux” il-kliem “Ġesù jew Alla”. Dan għaliex, kultant l-evanġelizzazzjoni ssir billi nkunu xhieda bl-imġieba tagħna. Xi drabi, l-iktar mod effi1jenti biex nuru lil Ġesù huwa billi nkunu bħalu fil-persuna tagħna. Biex nagħmlu dan, jeħtieġ li nkunu tempji tal-ispirtu qaddis; jirrikjedi li ngħixu ħajja ta’ talb u ta’ komunjoni sinċiera mat-Trinità. Aħsbu f’Modre Theresa – ħafna drabi kienet l-imħabba tagħha li wriet lil Alla lil ħaddieħor, mhux id-diskors tagħha dwaru!

B’dan f’moħħna, irridu nfakkru wkoll f’Pietru 3:15, “kun dejjem lest li tagħti tweġiba lil kull min jistaqsik tagħti r-​raġuni għat-​tama li għandek. Imma agħmel dan b’ġentilezza u rispett”. Aspett ieħor importanti tal-evanġelizzazzjoni huwa li nkunu kapaċi nipprovdu spjegazzjonijiet u raġunijiet għaliex nemmnu u għandna l-fidi. Naturalment, dan kollu jiddependi fuq il-vjaġġ tagħna ma’ Alla – iżda huwa importanti ħafna li nkunu nistgħu nagħtu tweġibiet raġonevoli lil dawk li jistaqsuna għaliex aħna Kristjani. Dan huwa meħtieġ b’mod speċjali fil-kultura tagħna – peress li hemm ħafna persuni b’nuqqas ta twemmin, u li għalhekk jeħtieġ li jaraw ukoll ir-raġuni tal-fidi tagħna. F’dan id-​dawl, ir-​raġunijiet tagħna jistgħu jvarjaw minn dawk xjentifiċi għal dawk personali, u saħansitra għal oħrajn aktar filosofiċi u skritturali. Alla huwa wkoll Alla tal-għarfien – għalhekk ikun xieraq li nifhmu kif, per eżempju, ix-xjenzi u l-fidi tagħna jirrelataw. Hawnhekk wieħed jista’ jikkonsulta xi wħud mix-xjenzati kontemporanji ewlenin bħal Robert Spitzer, Seymore Garte, u Yoav Vaknin. Dawn huma lkoll Kattoliċu u juru kif ix-xjenza u l-fidi imorru id f’id. 

Fl-aħħarnett, punt dwar il-vjaġġ li flimkien mexjin lejh – Pentekoste. Għadna fil-perjodu tal-Għid. Qegħdin niċċelebraw lil Kristu Rxoxt u l-ferħ u l-paċi li ġġib magħha l-preżenza tiegħu. U hekk kif nagħmlu dan kollu, msejħin ngħixu b’mod li jiftaħna aktar għat-tielet persuna tat-Trinità – l-Ispirtu s-Santu – il-“l-għassies tal-verità”, kif jirreferi għalih Ġesù. Mingħajr l-Ispirtu, is-sagramenti ma jkunux possibbli – u lanqas l-kapaċità tagħna li jkollna l-fidi! Mela ejja nippruvaw inkunu aktar miftuħa għall-Ispirtu, ejjew nitolbu għad-doni Tiegħu biex insiru xhieda aħjar u, bħala riżultat, evanġelizzaturi aħjar:

Intom il-melħ tal-art! Intom id-dawl tad-dinja! Araw li l-poplu jiġi edifikat bl-eżempju tagħkom, bis-safa ta’ ħajjitkom, bil-moderazzjoni tal-imġieba tagħkom, u bil-brillanza tal-qdusija tagħkom! – Papa San Piju V.

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 28, 16-20)

Għeluq tal-Evanġelju skond San Mattew
F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”.

Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

Istruzzjonijiet u għan

  1. Aqra sew l-Evanġelju biex issir aktar familjari miegħu.
  2. Aħseb dwaru u ara x’qiegħed jgħid lilek personali. Liema hi l-parti li l-aktar li laqtitek? Għaliex? 
  3. Ħu mument biex tirrifletti fuq kif tista tkun ta xhieda Christjana aħjar – b’modi differenti. Kif tista taddatta aħjar għal bżonnijiet ta dawk ta madwarek?
  4. Ħu mument biex tiftakar li ma nistgħux inkunu bħal Ġesù mingħajr l-għajnuna tal-Ispirtu S-Santu. Dan ifisser li jeħtieġ li nitolbu b’mod konsistenti għal “grazzja” tad-doni tiegħu.  Jeħtieġ li ndarru lilna nfusna biex ngħixu ħajja ta’ mħabba u anke ta għarfien rigward il-fidi tagħna. 
  5. Hu mument u aqra
  6. Flimkien bħala familja sibu ħin u post biex taqraw dan l-Evanġelju. L-ambjent jgħin ukoll, għalhekk qabel ma tibdew, fejn ser tiltaqgħu ppreparaw:
    i. Bibbja bil-qari minn San Mattew (Mt 28, 16-20)
    ii. Xemgħa
    iii. Il-mejda fejn hemm il-Bibbja, miksija bi drapp aħdar
    v. Computer/laptop bil-qari u clips
  7. Mur fil-parti tat-tfal skont l-etajiet u għamilha flimkien magħhom
  8. Addatta din il-parti skont kif hemm bżonn, tiddejjaqx tkun kreattiv 😊

Qabel tela’ s-sema, Ġesù tagħna ċertu struzzjonijiet: li nħabbru l-evanġelju lin-nies kollha u li nistednuhom isiru dixxipli ta’ Ġesù.

  • Biex nagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha.
  • Whiteboard
  • Whiteboard Marker
  1. Stieden lit-tfal biex jitkellmu u staqsihom: qatt kontu pajjiż ieħor? Jekk iva, kif sibtuħ? U jekk qatt ma kontu f’pajjiż ieħor, fejn tixtiequ iżżuru l-aktar?
  1. Illum, se nitgħallmu dwar xi wħud mill-affarijiet li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu waqt li kien fuq l-art (jiġifieri, dan il-kliem Ġesù qalu lil kulħadd fuq l-art, mhux biss in-nies fi żmienu)! Uri dan il-video.

Wara l-video, ilgħab dan il-kwizz li ġej/staqsi l-mistoqsijiet li ġejjin:

Liema kienu t-​tliet affarijiet li Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu? 

Morru u agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, għammduhom u għallmuhom.

Ġesù qalilhom biex jistennew f’Ġerusalemm sa meta? 

L-Ispirtu s-Santu kien jiġi.

X’ġara lil Ġesù eżatt wara li qal dan lid-dixxipli? 

Tela’ fis-sema.

Min kien qiegħed ħdejn id-dixxipli hekk kif kienu qed jaraw lil Ġesù jitla’? 

Żewġ anġli.

Dawn x’qalu lid-dixxipli?

Li Ġesù kien mar is-sema, imma li xi darba reġa’ ġej lura.

Fl-​aħħar, iddeskrivi kif f’din l-​istorja nitgħallmu dwar dak li Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu eżatt qabel ma telaq mill-​art. Hu ordnalhom biex imorru jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, jgħammduhom f’isem tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, u qalilhom biex jitkellmu dwar l-“aħbar it-tajba” (jiġifieri, il-Qawmien tiegħu u l-imħabba bla egoiżmu tiegħu għal kulħadd) ma l-oħrajn.

Irridu nistaqsu lilna nfusna: aħna dixxiplu ta’ Ġesù? Insegwuh? Fuq kollox, aħna xhieda ta’ Ġesù – i.e., ngħidu lil ħaddieħor dwaru u ngħixu bħalu? Ejjew nitolbu biex ilkoll insiru xhieda aħjar!

Inroddu s-salib

Għażiż Ġesù, inti poġġiejt ċertu nies f’ħajjitna għal-raġuni. Għinna naqsmu l-fidi tagħna mal-ġirien tagħna, mal-membri tal-familja, mal-għalliema u mal-ħbieb tagħna. U għinna dejjem nuru rispett meta nagħmlu hekk.

Amen.

Qabel tela s-sema, Ġesù tana sejħa importanti: li mmorru “fid-dinja kollha” u nxerrdu l-Evanġelju lill-oħrajn.

  • Li taqsam l-aħbar it-Tajba mhix xi ħaġa tad-dwejjaq, imma rigal!
  • Marker tal-Whiteboard
  • Whiteboard

Staqsi: Tistaw taħsbu f’xi nies li għandhom bżonn jisimgħu xi aħbar tajba? Fi kliem ieħor, li kieku kellek xi aħbar tajba, min tkun l-ewwel persuna/i li taqsamha magħha? Ipprovdi ftit ħin biex it-tfal jesprimu ruħhom.

Wara dan, spjega li eżatt qabel Ġesù tela’ s-Sema, hu ta lid-dixxipli biċċa xogħol importanti. Iżda din ma kienitx biss biċċa xogħol għad-‘dixxipli’, imma għan-nies kollha, f’kull żmien (li jfisser li hija sejħa għalina wkoll)! Isimgħu dan il-kliem ta’ Ġesù, u rriflettu fuq dak li jfisser għalikom: (uri dan il-video).

Hawnhekk Ġesù jitlobna nagħmlu xi ħaġa importanti. Hu jitlobna ngħinu lil oħrajn isiru dixxipli wkoll! Dan ifisser li rridu nistaqsu l-mistoqsija: kif nistgħu nagħmlu dan?

Iddeskrivi li hemm modi differenti kif turi lil Ġesù lil oħrajn. Mod wieħed hu li nuruh permezz tal-imġieba tagħna u l-imħabba tagħna lejn in-nies kollha. Apparti dan, minbarra li nuru mħabba ġenwina għal xulxin, nistgħu wkoll nitkellmu maʼ l-oħrajn dwar ir-relazzjoni personali tagħna maʼ Ġesù, u dwar ir-raġunijiet dwar “għaliex” għandna l-fidi! B’hekk l-oħrajn ikunu jistgħu jifhmu aħjar min hu Ġesù u xi jfisser li wieħed tkun “nisrani”. Li nispjegaw lil oħrajn dwar għaliex nemmnu jistaʼ jgħinhom ikunu aktar miftuħa biex jesploraw ir-reliġjon tagħna.

Fl-aħħar nett, fid-dawl ta’ dan kollu, ma ninsewx li l-Ispirtu s-Santu jgħinna kull meta nħossuna nervużi li naqsmu l-evanġelju. U fil-fatt qed nimxu flimkien lejn Pentekoste! Mela ejja nippruvaw nitolbu aktar, immorru l-quddiesa aktar spiss, forsi naraw films dwar Ġesù (biex nitgħallmu fuqu), jew nippruvaw nuru aktar mħabba ma’ dawk kollha ta’ madwarna. Dawn l-​atti kollha jgħinuna nsiru “tempji” taʼ l-​ispirtu qaddis!

U fl-aħħar mill-aħħar, ejjew niftakru li anki jekk Alla ma jsejħilniex biex immorru barra minn Malta (jiġifieri, kif isejjaħ “missjunarji”, pereżempju), xorta jsejħilna biex nagħmlu dixxipli tal-ġnus kollha. M’għandniex għalfejn nivvjaġġaw ‘il bogħod biex nagħmlu dixxipli. Għandna l-ġirien tagħna, ħbieb l-iskola, u anke membri tal-familja li għad iridu jirċievu l-evanġelju u jsiru dixxipli/ħbieb ta’ Ġesù!

Inroddu s-salib

Għażiż Missier, nitolbu biex il-ħbieb u l-membri tal-familja tagħna jiskopruk u l-imħabba personali tiegħek għalihom. Għinna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħinu lil oħrajn isiru dixxipli tiegħek. Għinna nkunu aktar miftuħa għall-Ispirtu s-Santu, kif kienu l-appostli u Ommna Marija!
Amen.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż bil-qari mill-Bibbja fil-Quddiesa. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet marbuta mal-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd u li għandhom jispirawk tgħix kuljum dan il-qari mill-Bibbja.