Magħqudin

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-għaqda

Ħelow tfal!

Kont taf li meta l-fergħa tinqata’ minn maz-zokk ma tagħmilx  frott u l-frott li jkollha magħha malajr jitħassar?  Bħall- friegħi aħna rridu nibqgħu magħqudin maz-zokk tagħna li huwa Ġesù.  

Aħna nistgħu nagħmlu ħafna frott differenti bħal; imħabba, ħlewwa, mogħdrija, perseveranza, tama, umiltà u kuraġġ

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha –Maħqudin u għaliha għandna bżonn:

  • Karta forma ta’ frotta
  • Markers u kuluri

Ibda billi taħseb fi frott li inti tista’ tagħmel jekk tibqa’ magħquda ma’ Ġesù.

Pawza ta’ 5 sekondi 

Ikteb dawn l-azzjonijiet t-tajba fuq il-forom tal-frott.

Agħlaq għajnejk u itlob lil Alla biex ħadd ma jinqata’ minn maz-zokk u b’hekk madwarna jkun hawn ħafna tajjeb.  

Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.