Maħsulin

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-maħfra

Hello Tfal!

Minjaf kemm-il darba xi ħadd jagħmlilna xi azzjoni mhux daqshekk sabiħa imbagħad jgħidlek: “Nixtieq li kieku ma għamiltx hekk” jew “Jiddispjaċini li għamiltlek hekk” jew “Mhux apposta ta’…” Xi kultant in-nies jgħidulna u jagħmlulna azzjonijiet li bihom iweġġgħuna. Kien hemm xi ħadd li weġġgħek bil-kliem u l-azzjoni tiegħu? Qed tħossok imweġġgħa f’dan il-mument? Minkejja dan kollu, bl-għajnuna t’Alla u bil-għajnuna ta’ persuni oħrajn, aħna nistgħu nagħżlu lil naħfru lill-oħrajn.

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Maħsulin

Għandna bżonn:

  • karta żgħira
  • pinna jew whiteboard marker
  • friskatur bl-ilma

Aħseb f’xi ħadd li weġġgħek u li tixtieq taħfirlu. Fuq il-karta ikteb il-kelma “naħfirlek” bil-marker jew pinna. Poġġi l-karta fl-ilma, u ibqa’ ħares lejha sakemm il-kelma “naħfirlek” tisparixxi. Aħseb ftit f’dak li tħoss meta taħfer lil xi ħadd kif ukoll meta ħaddieħor jaħfer lilek. Irringrazzja lil Alla li jaħfirlek kollox u itolbu biex jagħtik il-grazzja li dejjem taħfer lil min iweġġgħek bi kliemek jew jagħmillek xi azzjoni ħażina.

Saħħa Tfal!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu!

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.