Maxtura ta’ ħtiġijiet

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħtiġijiet dan il-Milied

Meta tarbija titwieled, ħafna drabi ssir parti mill-familja u l-post li fih tkun twieldet. Kull tarbija ċkejkna taċċetta u ssir parti minn dawk li jieħdu ħsiebha u jbennuha. Il-Milied ifakkarna li Alla jrid ikun parti mill-ħajja tagħna. Hu jrid u jixtieq ikun qrib ta’ din il-maxtura mimlija bil-ħtiġijiet tagħna.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħaġa li għandek bżonn sabiex tgħix verament dan il-Milied bis-sens eżempju; il-ħtieġa li turi iktar kompassjoni u rispett lejn l-oħrajn jew il-ħtieġa li nemmen aktar f’ Alla u fija nnifsi.
  • Fuq il-karta, ikteb jew pinġi dak li għandek bżonn.
  • Issa tista’ titkellem ma’ Alla filwaqt li tippreżentalu l-ħtiġijiet tiegħek fit-talb u tpoġġi l-bżonnijiet tiegħek flimkien ma’ tal-oħrajn fost it-tiben li hemm fil-maxtura.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.