Mega Aħbar

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex inxandru l-Aħbar Tajba

Ħelow tfal!

Jista’ xi ħadd ma jismax messaġġ mill-kap tal-iskola speċjalment jekk dal-messaġġ jkun qed jidwi ma’ kullimkien?  Barra minn hekk, kif jista’ wieħed jitlef aħbar speċjalment jekk din tkun Mega Aħbar bħal vaganzi itwal jew ħin itwal ta’ rikreazzjoni!

Ġesù talab lil sħabu biex jxerrdu l-aħbar it-tajba ma’ kulħadd mingħar ebda distinzjoni.  L- Aħbar it-Tajba hija li Alla tant ħabbna li bagħat lil Ibnu l-Waħdieni biex permezz tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu nirbħu fuq il- mewt u ngħixu għall-dejjem fil-Ġenna ħdejn Alla. Ara x’ aħbar din – Rebħa fuq il-mewt u l-ħażen!

Aħna l-ħbieb ta’ Ġesu ukoll!  Huwa qed jitlobna biex nawasslu din l-aħbar it-tajba ma kulmin niltaqgħu.  

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha –Mega Aħbar u għaliha għandna bżonn:

  • Tazza minn materjal riċiklabbli
  • Biċċa karta żgħira
  • Pipe Cleaner
  • Glue
  • Markers u kuluri
  • Imqass 

Ibda billi tieħu ftit ħin biex taħseb dwar kif inti tista’ twassal din l-Aħbar it-Tajba permezz ta’ dak kollu li tgħid u tagħmel.  Eżempju meta taħfer lil xi ħadd Alla jkun qed juri kemm huwa Alla ħanin permezz tiegħek.

Fuq il-biċċa karta żgħira ikteb ‘Morru u xandru l-Aħbar it-Tajba’.

Waħħal din il-karta fuq it-tazza u taħt taqqab żewġ toqobiet waħda fuq kull naħa.

Għaddi l-pipecleaner minn dawn iż-żewġ toqbiet biex tkun tista’ taqbad dan il- megafon.

Għaddi ftit ma’ Alla u itolbu sabiex jagħtik il-kuraġġ biex twassal l-Aħbar tiegħu lil kulħadd permezz ta’ dak li taħseb, tgħid u tagħmel.

Fl-aħħar poġġi dan il-megafon f’ post fejn ifakkrek biex tkun messaġġier/a ta’ Alla u twassal l-Aħbar tar-rebħa fuq il-mewt u l-ħażen.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu. 

Azzjonijiet li jridu jinġibdu 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.