Lkoll nifirħu meta taslilna aħbar sabiħa bħal meta mmorru tajjeb f’xi eżami, nkunu se nibdew nattendu xi skola ġdida, tarbija ġdida fil-familja, xi logħba ġdida u ħafna mumenti sbieħ oħra. Ikollna ħeġġa kbira u eċitament biex naqsmu din l-aħbar speċjalment mal-qraba tagħna, u nieħdu gost li jifirħu magħna. Hekk għamlet il-Madonna meta saret taf li l-kuġina tagħha Elizabetta wkoll kien se jkollha tarbija.