Mimlija mħabba

Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent

Illum jaħbat r-raba u l-aħħar Ħadd tal-Avvent. Bdejna billi niċċelebraw it-tama, il-paċi, il-ferħ, u issa, din il-ġimgħa, nippreparaw biex niċċelebraw l-imħabba – l-akbar rigal li wieħed jista’ jirċievi – dak li fl-aħħar mill-aħħar lkoll nixtiequ! Fl-ewwel qari tagħna, nitkellmu dwar it-twelid ta’ tarbija – tarbija li se tissejjaħ “Emmanuel”. L-isem Emmanuel ifisser, “Alla magħna”. Għalhekk, hawnhekk niskopru li mill-bidu nett, mit-Testment il-Qadim, it-twelid ta’ Alla kien mistenni!

Il-qari tal-Evanġelju tagħna jiffoka ħafna fuq il-mod ta’ kif Ommna Marija ħarġet tqila. Huwa enfasizzat li kien permezz tal-Ispirtu s-Santu li Marija setgħet iġorr lil Ġesù. Dan huwa punt kruċjali. L-ewwel nett, peress li Ġesù hu Alla u Alla m’għandux “bidu”, jagħmel sens li Ġesù ma tnissilx b’mod naturali – għax il-fertilizzazzjoni tinvolvi “bidu ta’ ħajja”. Il-fatt li Ommna Marija nisslet lil Ġesù permezz tal-Ispirtu s-Santu, jixhed l-għaqda tagħha ma’ Alla l-Missier. Huwa minħabba li Marija kienet tant qrib il-Missier, li setgħet tirċievi l-Ispirtu s-Santu b’mod sħiħ u dirett! Kien minħabba li hi kienet mimlija mħabba (kemm għall-oħrajn u kif ukoll għal Alla), li setgħet twelled lill-Iben ta’ Alla – li huwa l-imħabba nnifisha.

Ejja issa nieħdu mument biex nirriflettu ftit fuq l-espressjoni “Alla magħna”. Xi tfisser verament din l-espressjoni? Alla b’liema modi huwa magħna?

1. Alla hu magħna meta jaħfrilna. L-isem “Ġesù” huwa l-verżjoni Griega ta ‘Joshua’, li tfisser “il-Mulej isalva”. Ġesù jsalvana billi jissostitwixxi ruħu magħna. Fit-tagħlim tiegħu, fil-ministeru tiegħu, fil-ħajja perfetta tiegħu bla dnub, fil-mewt tiegħu u fil-qawmien tiegħu, Ġesù wriena li Alla mhux sempliċiment magħna, imma li hu “għalina”.

2. Alla huwa magħna fil-karità tagħna u fir-relazzjonijiet tagħna. F’Mattew 18:20, Ġesù jgħidilna li fejn jinġabru tnejn jew tlieta minna f’ismu, hu jkun magħna! Filwaqt li m’għadniex naraw il-preżenza fiżika tiegħu fostna, nistgħu nkunu ċerti li hu magħna. Bħala Knisja, aħna l-ġisem tiegħu. Inkunu fejn inkunu, Alla qiegħed hemm ukoll.

1. Alla huwa magħna ukoll fl-uġigħ u fid-dubji tagħna. Salm 34:18 jgħidilna li “l-Mulej hu qrib dawk ta’ qalbhom maqsuma u li jsalva lil dawk li huma magħkusa fl-ispirtu”. L-imħabba ta’ Ġesù hija infinita u Hu jaf tajjeb xi jfisser li wieħed ikun imkisser u t-tradut. L-imħabba tiegħu testendi għalina anke fis-sigħat l-aktar mudlama tagħna – irridu sempliċiment inħalluh iħobbna.

Ovvjament, hemm aktar mumenti fejn Alla jkun magħna. Tabilħaqq, nistgħu ngħidu li Alla huwa magħna dejjem. Imma l-punt li għanna nenfasizzaw dan l-Avvent huwa l-ħtieġa tagħna li nagħmlu sforz sabiex nirċievu din l-imħabba u nesperjenzaw il-preżenza ta’ Alla! Alla jrid jitwieled fina. Imma aħna irridu niftħu qalbna wkoll – bħalma għamlet Ommna Marija, wara kollox. Ġesù twieled f’Marija, u jrid jitwieled fina ukoll. Se nħalluh?

“Aħna lkoll maħsuba biex inkunu ommijiet t’Alla. X’ġid hu jekk it-twelid tal-Iben divin iseħħ bla waqfien, imma ma jseħħx fija nnifsi? U, x’ġid hu għalija jekk Marija hi mimlija bil-grazzja jekk jiena m’iniex ukoll bil-grazzja? X’ġid hu għalija li l-Ħallieq iwelled lil Ibnu jekk jien ibnu ma jitwieledx ukoll fi żmieni u fil-kultura tiegħi? Din hi, mela, il-milja taż-żmien: Meta Bin il-bniedem jitnissel fina!” – Meister Eckhart, 1260-1328, Patri Dumnikan Ġermaniż

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 1:18-24)

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”. Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: “Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El”, li bi lsienna jfisser “Alla magħna”. Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

Istruzzjonijiet u għan

  1. Aqra sew l-Evanġelju biex issir aktar familjari miegħu.
  2. Aħseb dwaru u ara x’qiegħed jgħid lilek personali. Liema hi l-parti li l-aktar li laqtitek? Għaliex?
  3. Hemm xi ħaġa dwar dan l-Avvent li sibt diffiċli? B’liema mod tista testendi l-imħabba tiegħek?
  4. Hu ftit ħin sabiex tirrifletti fuq l-imħabba li Alla għandu għalik. Taf kemm inħobbok Alla? M’hemmx bżonn ta’ ħafna kliem. Iftaħ qalbek u stiednu sabiex jimlik b’imħabbtu.   
  5. Flimkien bħala familja sibu ħin u post biex taqraw dan l-Evanġelju. L-ambjent jgħin ukoll, għalhekk qabel ma tibdew, fejn ser tiltaqgħu ppreparaw:
    i. Bibbja bil-qari minn San Mattew (1:18-24)
    ii. Xemgħa
    iii. Il-mejda miksija bi drapp vjola
    iv. Computer/laptop bil-qari u clips
  6. Mur fil-parti tat-tfal skont l-etajiet u għamilha flimkien magħhom
  7. Addatta din il-parti skont kif hemm bżonn, tiddejjaqx tkun kreattiv 😊

Illum nisimgħu kif anġlu deher lil Ġużeppi biex jgħidlu li Ġesù se jkun tarbija speċjali. Se nkunu qed naħsbu dwar il-ġenituri u trabi minn madwar id-dinja kollha.

  • Dwar l-imħabba ta’ Ġużeppi għal Alla u għal Marija, u dwar kemm hi prezzjuża l-ħajja umana!
  • Whiteboard
  • Whiteboard Marker
  • Lapes
  • Karta

X’tiftakru mill-istorja li għadkom kif smajtu?

F’din l-istorja, anġlu jiġi jgħid lil Ġużeppi li kollox se jkun sew u li Ġesù mhux tarbija ordinarja, imma li Hu speċjali ħafna. Hu l-iben Alla. Tajjeb ngħidu li Alla għażel li jsir bniedem, u dan ifisser li l-umanità hija prezzjuża ħafna għal Alla!

Iżda waqt li nirriflettu fuq l-istorja li għadna kemm smajna, kif taħsbu li ħassu Ġużeppi f’din l-istorja? Taħsbu li ħassu ixxukkjat? Ipprovdi ftit minuti għat-tfal biex jirriflettu fuq dan.

Ġużeppi kien ixxukkjat, iżda minħabba l-imħabba li kellu lejn Alla u lejn Marija, Ġużeppi xorta għażel li jafda il-pjan ta’ Alla u jiżżewweġ lil Marija!

Issa, ħalli nistaqsikom. Min hawn għandu ħuh jew oħtu? X’jisimhom? Jeħtieġu ħafna mħabba, hux? Anke jekk huma żgħar ħafna, it-trabi għandhom bżonn ħafna affarijiet biex jkunu kuntenti u b’saħħithom. Tistaw taħsbu f’xi affarijiet li għandhom bżonn it-trabi? (Ikel, sħana, imħabba u attenzjoni, irqad, x’imkien fejn jgħixu).

Ma jimpurtax fejn twieldu fid-dinja, it-trabi għandhom bżonn l-istess affarijiet bażiċi. Xi drabi jkun diffiċli għall-familji li jipprovdu dawn l-affarijiet kollha minħabba dak li qed jiġri madwarhom.

Fl-Ukrajna, ir-Russja, is-Sirja, u postijiet oħra, ċertu nies kellhom jitilqu minn darhom minħabba l-gwerra. Minħabba l-gwerra, djar, ikel u affarijiet oħra bażiċi li t-tarbija teħtieġ, saru għaljin ħafna (jiswew ħafna flus).

Importanti li nżommu f’moħħna li Alla jħobbna lkoll, anke lill-iżgħar tarbija. Għalhekk, hekk kif inħejju biex niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù, għandna naħsbu dwar it-trabi u n-nies l-oħra kollha madwar id-dinja u kemm huma speċjali wkoll. Fil-ġimgħa li ġejja, ejja nżommu t-trabi, it-tfal u l-ġenituri tagħhom fit-talb tagħna!

Riflessjoni Qasira: Ġużeppi kellu ħolma u l-anġlu ġie jgħidlu kemm kien se jkun speċjali Ġesù. X’inhi l-ħolma tiegħek għad-dinja tagħna? Kif tista’ d-dinja tkun aħjar, u kif nistgħu inkunu ta’ għajnuna aħna?

Radd tas-salib

Inħobbu lil Alla, hekk kif nistennew it-twelid ta’ Ġesù fil-Milied, inroddu ħajr għad-don mill-isbaħ tal-ħajja. Nitolbu għall-ġenituri kollha madwar id-dinja u għal uliedhom, biex ikunu b’saħħithom, ferħanin u biex jħobbu lil xulxin. Ammen!

Fl-evanġelju tal-lum, nisimgħu kif anġlu deher lil Ġużeppi kif dak Ġużeppi obda u għamel kif qallu l-anġlu.

  • Li Ġesù twieled għax ommna Marija kienet tħobb lil Alla l-Missierna b’mod perfett!

• Marker tal-Whiteboard

• Whiteboard

Il-Milied qed joqrob! Dan, ħafna drabi, huwa l-ħin meta nibdew nippanikjaw dwar l-affarijiet kollha li rridu nagħmlu bejn issa u l-25 ta’ Diċembru. Iżda illum, ejja nippruvaw nieħdu n-nifs mill-inkwiet kollu u l-ħajja mgħaġġla tagħna, u ejja nippruvaw inħallu l-ispirtu tal-Avvent iżurna u lil familja tagħna.

Stieden lit-tfal biex jinġabru għal ftit minuti biex jitkellmu dwar kif sejjer l-Avvent tagħhom s’issa. Tkellem dwar it-tlugħ u l-inżul li esperjenzaw f’dan l-istaġun, x’għamlu biex jipprepararaw għall-wasla ta’ Ġesù, u x’għad jixtiequ jagħmlu?

Mistoqsijiet għall riflessjoni

  • Tgħallimt xi ħaġa ġdida dwarek innifsek dan l-Avvent?
  • X’għamilt dan l-istaġun li bih int kburi?
  • Hemm xi ħaġa dwar dan l-Avvent li sibt diffiċli?
  • Hemm xi ħaġa li xorta għadek tixtieq tagħmel?
  • Kif konna eqreb bħala familja dan l-Avvent?
  • Tgħallimt xi ħaġa mill-Bibbja li ma kontx taf qabel?

Fl-aħħarnett, wara li tesplora l-mistoqsijiet t’hawn fuq, iddeskrivi li fil-Milied niftakru fit-twelid ta’ Ġesù, imma rari nitkellmu dwar ir-raġuni għaliex twieled. Ġesù ġie fid-Dinja bħala tarbija sabiex ikun jista’ jgħix ħajja bla dnub bħala bniedem u jkun is-sagrifiċċju għad-dnub tagħna. Din hi imħabba akbar minn kull imħabba li qatt nistgħu inkunu nafu. Din hija t-tifsira vera tal-Milied!Kellem lit-tfal dwar kif il-Milied huwa ukoll żmien li nuru mħabba lejn l-oħrajn. Staqsihom x’inhuma xi wħud mill-modi kif jistgħu juru mħabba lejn ħaddieħor. Titkellimx biss dwar ir-rigali. Nistgħu nuru mħabba billi nkunu umli ma’ xulxin, ngħinu lil xulxin, u ngħinu lil dawk li huma inqas ixxurtjati minna. Il-Milied huwa żmien tajjeb ħafna biex nuru l-imħabba – bħal m’Alla wera l-imħabba tiegħu għalina meta twieled Ibnu Ġesù. Ġesù ta ħajtu għalina. Din hi l-ogħla espressjoni ta’ mħabba!

Inroddu s-salib

Għeżież Missier, it-tifsira kollha tal-Milied tista’ tiġi spjegata f’kelma waħda żgħira ta’ seba’ ittri… l-imħabba. Int bgħattilna r-rigal tiegħek ta’ mħabba pura – lil ibnek stess – dan hu l-Milied. L-imħabba niżlet mis-sema biex titwieled minn verġni. L-imħabba twieldet f’maxtura f’Betlem. L-imħabba tiegħek kollha, Missier, kienet imlibsa b’ġilda umana u mgeżwra fil-ħwejjeġ. Din l-aħħar ġimgħa tal-Avvent, għinna nirriflettu fuq il-kobor tal-imħabba li ġiet manifestata f’Ġesù. Għinna nħobbu lil ħaddieħor daqskemm tħobbna int – b’imħabba bla kundizzjoni! Hekk biss jista jitwieled fina Ġesù. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż bil-qari mill-Bibbja fil-Quddiesa. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet marbuta mal-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd u li għandhom jispirawk tgħix kuljum dan il-qari mill-Bibbja.