Immaġina li tinsab waqt vjaġġ. Wara ftit tasal f’post very sabiħ. Kull fejn tħares tara biss muntanji, għadajjar naturali qalb għelieqi mimlija ħaxix aħdar, siġar, fjuri kull kulur. Imbagħad tara farfett, għasafar itiru, qattusa tiġri…Meta tinduna li hemm mogħdija tiddeċiedi li timxi magħha u vera tkun qed tieħu gost tħoss żiffa ħelwa. F’daqqa waħda tisma’ lil xi ħadd jgħajjatlek: “Sar il-ħin, ħa mmorru!” Ir-rejazzjoni tiegħek mill-ewwel tkun: “Ejja nibqgħu hawn ftit ieħor!”