Meta morru xi ħarġa jew vaganza, dawk li jieħdu ħsiebna jinkwetaw li nintilfu. Meta nieħdu triq ħażina, nistgħu naraw veduti sbieħ imma nistgħu ukoll nidħlu fil-periklu. F’ħajjitna, niltaqgħu ma nies, li f’ħajjithom għażlu t-triq il-ħażina. Għażlu li ma jħobbux lil Alla, lill-oħrajn u lill-ħolqien kollu. Alla jinkwieta għall-dawn n-nies!!! Alla ma jridx li aħna niġġudikawhom. Hu jridna li bl-imħabba ninkoraġġuhom jagħżlu t-triq it-tajba.