Nikkomunikaw biz-zoom

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta’ ringrazzjament tan-nies u tat-teknoloġija

Żgur li xi darba jew oħra kontu f’zi laqgħa jew f’lezzjoni permezz ta’ Zoom jew Teams. Kulħadd se jibqa’ jiftakar l-online schooling. Zoom, Teams u pjattaformi oħra kienu modi kif stajna nikkomunikaw flimkien biex inkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejnietna. It-tecknoloġija kull ma jmur dejjem tavvanza, huwa mportanti li nżommu ruħna dejjem aġġornati ma’ dak li toffrilna d-dinja teknoloġika u nużawha dejjem b’modi tajbin.

  • Oħloq Zoom jew Teams meeting fuq laptop ma’ xi ħadd li tixtieq tikkomunika miegħu.
  • F’rokna/spazju għal kwiet irringazzja ‘l Alla ta’ dawn in-nies li kkomunikajt magħhom, u talli tak il-grazzja li tagħraf kif tuża mezzi differenti tat-teknoloġija b’mod tajjeb.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.