Aħseb f’dawk id-drabi meta ħadt gost issuq ir-rota u kif l-imgħażel (spokes) ta’ kull rota jduru flimkien. X’inhu dak li jgħaqqad dawn l-imgħażel flimkien? Huwa ċirku ċkejken li nsejħulu “fus.” Kull sena, madwar id-dinja kollha, bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, l-Insara kollha jingħaqdu flimkien biex jitolbu għall-għaqda bejniethom. Ġesù huwa dak li jgħaqqadna flimkien bħalma l-fus tar-rota jgħaqqad l-imgħażel flimkien.
- Ħares ftit lejn ir-rota ddur, jew suq ftit ir-rota filwaqt li taħseb fuq li qrajt.
- Fuq karta ġdida pinġi rota (ċirku daqsxejn kbir, ċirku ieħor żgħir f’nofsu u linji jagħqdu ż-żewġt iċrieki)
- Fuq il-fus ikteb il-kelma Ġesù u bejn l-imgħażel ikteb fuq dak li jġib l-għaqda,
l-imħabba u ġentilezza. - Erġa’ suq ir-rota jew araha ddur. Irringrazzja ‘l Alla li jgħina nġibu l-għaqda bejnietna u qalb in-nies biex jimxu ‘l quddiem.