Hello tfal,
Ħafna tfal iħobbu jmorru l-baħar biex jgħumu meta jasal is-sajf. Madankollu, l-iskart tal-plastik qiegħed jagħmel ħsara kbira mhux biss lill-ibħra, l-oċeani u l-kreaturi kollha tal-baħar, imma anki lill-ambjent ta’ madwarna. Din il-ħsara nistgħu nnaqqsuha billi narmu inqas plastik. Tajjeb nitgħallmu nerġgħu nużaw jew noħolqu affarijiet ġodda bl-iskart tal-plastik li jkollna. Nistgħu wkoll nippruvaw nixtru oġġetti li jkunu magħmulin minn materjal riċiklabbli biex tonqos il-ħsara lill-ambjent. B’hekk ikollna dinja iktar nadifa.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu Nirriċiklaw il-Plastik
Ikollok bżonn:
- Fliexken tal-plastik kif ukoll oġġetti oħra magħmulin mill-plastik bħal boroż, tazzi, platti, tappijiet, frieket, skieken, kontejners jew kaxxi eċċ.)
- kolla
- imqass
- markers
- żebgħa acrylic
- pinzell
Istruzzjonijiet:
- Dur dawra mad-dar u iġbor oġġetti tal-plastik. Wara li tiġborhom, staqsi lilek innifsek: Meta dan l-oġġett mhux se jkolli iktar bżonnu, x’ser nagħmel bih? Nista’ ma narmihx?
- Għid jew ikteb talba biex tagħmel ħiltek ħalli tnaqqas l-iskart tal-plastik billi terġa’ tuża l-oġġetti tal-plastik li jkollok u tixtri oġġetti ta’ materjal riċiklabbli.
- Jekk tixtieq ara dan il-vidjow li jista’ jtik iktar ideat kif tista’ toħloq oġġetti jew arti mill-iskart tal-plastik.