L-eżerċizzju fiżiku jżommlok ġismek u moħħok b’saħħtu. L-eżerċizzju huwa tajjeb ukoll għall-ħajja spiritwali tiegħek għax itejjeb in-nifs, il-konċentrazzjoni, il-kontroll fuqek innifsek u d-determinazzjoni tiegħek sabiex tkun tista’ titlob aħjar.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu Nitolbu bl-eżerċizzji fiżiċi.
Ikollok bżonn:
- Xugaman jew sports mat
- Għodda tal-isports li tixtieq int bħal xi tennis racket, ballun, resistance bands, weights, skipping rope, punching bag and punching gloves etc.
- Warm-up: Imxi u ġġoggja fl-istess post, ċaqlaq spallejk, għolli rkupptejk bil-mod. Ħu n-nifs fil-fond waqt li tirringrazzja ’ Alla talli inti ħaj.
- Main workout: Għażel l-għodda tal-isport favorit jew għamel push-ups, lunges, squats and u eżerċizzji oħra. Itlob ‘l Alla jkun miegħek fil-ħajja ta’ kuljum.
- Cooling-down: Imtedd fuq l-isports mat jew xugaman. Ħu n-nifs fil-fond ‘il barra u ‘l ġewwa. Tgħawweġ u ġġebbed (bending and stretching exercise).Faħħar ‘l Alla talli tak ġisem jaħdem daqshekk tajjeb u rrilassa billi tħossok sikur f’idejh.