Nitolbu għall-komunità

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-komunità

Hello Tfal,

Illum se nġibu quddiem għajnejna fejn immorru u ma’ min niltaqgħu matul il-ġimgħa tagħna, per eżempju l-iskola, l-lezzjonijiet tal-mużika, taż-żfin, sports training, drama, kor, il-klassi tal-katekiżmu, il-parroċċa, persuni li niltaqgħu magħhom fil-weekend jew waqt attivitajiet soċjali, u tant attivitajiet oħra. Dawn huma parti essenzjali fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Il-Prayer Space tal-llum jisimha: Nitolbu għall-Komunità.

Għaliha għandna bżonn:

  • karta plain
  • kuluri
  • buttuni, żibeġ jew xi oġġett biex timmarka 

Fuq il-karta l-plain, pinġi ċirku u ġo fiha ikteb “Il-komunità tiegħi”. Minnha għamel web u ikteb kull post li tattendi fih matul il-ġimgħa. Meta tlesti, ħares ftit lejn il-web fil-kwiet biex tara u taħseb fil-ħajja tiegħek. Aqbad il-buttuni, żibeġ jew l-oġġett ieħor, immarka kull post wieħed wara l-ieħor u tkellem ma’ Ġesù dwar dawk in-nies li tiltaqa’ magħhom f’dan il-post u itlob għalihom.

Saħħa tfal!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.