Papa Ġwanni XXIII

11 ta' Ottubru

Kien xbieha ta’ missier għad-dinja kollha, raġel b’sens umoristiku qawwi u b’qalb kbira.

Dan kien il-Papa Ġwanni XXIII, magħruf bħala ‘Il Papa Buono’, Il-Papa it-tajjeb, xbieha awtentika tar-Ragħaj it-tajjeb.

Papa Ġwanni twieled fqir ġo villaġġ żgħir fl-Italja. L-isem li ġie mgħotti fil-magħmudija kien Angelo Giuseppe Roncalli. Missieru kien bidwi li kien impjegat ma sinjur.

Meta kellu 11-il sena, Angelo, mar is-Seminarju ta’ Bergamo biex jistudja biex issir Saċerdot, kien f’dan iż-żmien ukoll li sar membru ta’ Terz Ordni Franġiskan, Ordni li kien waqqaf San Franġisk għal ġuvintur, xebbiet, miżżewġin u anki Saċerdoti Djoċesani, li xtaqu iħaddnu l-ispiritwalita Franġiskana. Il-ħajja tiegħu minn meta sar Saċerdot f’Awwissu 1904 sa ma laħaq Papa f’Ottubru 1958 kienet Karatterizzata b’rwoli varji, li wettaq b’ubbidjenza sħiħa.

Waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija huwa serva bħala surġent fil-Militar Taljan u wara bħala Kappillan tal-Militar Taljan. Bejn l-1931 u l-1944 laħaq Nunzju Appostoliku għal Bulgarija, it-Turkija, l-Greċja u Franza. F’dan iż-żmien huwa kien strumentali fl-għajnuna li ingħatat lill eluf ta’ Lhud, li kien qed jiġu ippersegwitati min Nażisti. Il-Lhud ingħataw l-għajnuna biex jaħarbu mill-Ewropa.

Fl-1953 sar Kardinal u ingħata il-Belt ta’ Venezja bħala id-djoċesi tiegħu. Ħames snin wara, fi 28 ta’ Ottubru 1958, sar Papa u għażel l-isem ta’ Ġwanni XIII.  Kien ser jagħlaq 77 sena. Ġwanni XXIII dam 5 snin Papa, il-Pontifikat tiegħu għamel marka fuq il-Knisja Kattolika li għada tinħass sa l-ġurnata tal-lum u għal ġejjieni!

Huwa jibqa imfakkar li:

  • Kien l-ewwel Papa li ħareġ il-barra mill-Vatikan mill-1870.
  • Beda djalogu ma’ l-Protestanti, Nsara Ortodossi, Lhud u Musulmani
  • Kiteb żewġ Enċikliki (dokumenti ta’ tagħlim Formali); Mater et Magistra (Omm u Għalliema) u Pacem in Terris (Paċi f’l-Art).
  • Papa Ġwanni XXIII jibqa imfakkar għal meta sejjah lill-Isqfijiet u Kardinali biex jiġu Ruma u beda il-Konċilju Vatikan it-Tieni li beda fl-1962 u intemm fl-1965.  L-għan tal-Papa kien li jimmoderniza il-Knisja skont il-bidliet fis-Soċjeta.
  • Papa Ġwanni XXIII miet nhar it-3 ta’ Ġunju 1963.  Il-kontinwazzjoni u l-għeluq tal-Konċilju Vatikan it-Tieni tħalla f’idejn il-Papa Pawlu VI li sar Papa warajh.

Sib opportunitajiet fejn tkun tista titkellem mat-tfal li Alla ħalaq lil kulħadd uniku, bil-għan li kull persuna iġġib xi ħaġa speċjali għad dinja, kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri, għaliex kulħadd għandu it-tajjeb tiegħu.

Issa li reġgħet bdiet l-iskola, tistgħu tinkoraġġixxu t-tfal biex jagħmlu ħbieb ma tfal li jkunu weħedhom, li jkunu ġodda fil-klassi jew li jkunu esklużi mit-tfal l-oħra.

Isma l-idejat tat-tfal dwar kif jistgħu ikunu strumentali biex jagħmlu ħbieb ma’ tfal li jħossuhom imwarrbin.

Li tagħlem it-tfal dwar il-prudenza hija sfida, għaliex it-tfal jiddeċiedu malajr, u jibażżaw l-għażliet tagħhom fuq dak li jħossu li hu tajjeb għalihom.  Mexxihom b’mod pożittiv biex jaħsbu sewwa dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħhom.

Ħin tat-talb mal-Familja:

  • Inpoġġu quddiem Alla xi problema li irridu nieħdu deċiżjoni dwarha.  Importanti f’din it-talba li nitgħallmu ‘niżnu u nistennew’ waqt li nitolbu lill-Alla biex immexxina, biex nagħmlu l-għażliet li jurina Hu.
  • Itolbu bl-Interċessjoni ta’ San Ġwanni XXIII għal dawk li għadhom ma aċċetawx lill-Ġesu’ bħala l-Messija, is-Salvatur tad-dinja.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.