Tazza ilma

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex dejjem infittex lil Alla

Ġieli kont mistieden fid-dar tal-ħabib/a tiegħek? Kif laqgħuk fid-dar dawk li stednuk? Abli tawk x’tixrob jew xi biċċa kejk u malajr ħassejtek qisek id-dar. 

  • Ferra l-ilma fit-tazza u aħseb:
    • Fin-nies li jgħixu waħedhom
    • Fin-nies li qed jħossuhom waħedhom u abbandunati
      fil-klassijiet u fil-familji tagħhom. 
    • Fin-nies li jħossuhom imdejjqin
    • Fin-nies fqar li ma jistgħux isibu x’ jielu u x’ jixorbu.

      It-tazza tal-ilma tfakkarna li kull ma’ nagħmlu, anke jekk ma’ persuna waħda, tkun qed tagħmilha ma’ Ġesù.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.