Ħelow tfal!
Qatt sibt lilek innifsek tiddubita minn xi ħaġa jew xi ħadd? Kemm hu sabiħ li ssib lil xi ħadd miegħek u jatik serħan il-moħħ meta jkollok ħafna dubji u mistoqsijiet.
Tumas ma emminx li Ġesù huwa ħaj. Huwa ddubita li Ġesù qam mill-mewt u deher lill-appostli. Emmen biss meta rah hu stess u mess il-feriti f’idejh u fil-ġenbu.
Ġesù ma rrabjax ma Tumas għax ma emminx u tah ċans ieħor. Huwa jibqa’ jħobbna ankè meta niddubitaw u jridna nitkellmu miegħu waqt it-talb dwar id-dubji tagħna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Qalbu f’Idu u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb dwar meta kellek dubji dwar l-imħabba ta’ Alla.
Pawza ta’ 5 sekondi
Itwi l-karta A4 minn nofs u poġġi idejk fuqha. Ara li tpoġġi s-saba l-kbir u l-werrej mat-tarf li huwa mitwi u agħmel sinjal madwar il-pala ta’ idejk bil-lapes.
Qasqas il-forma ta’ idejk waqt li żżomm il-karta mitwija min-nofs. Iftaħ il-karta. Dawn l-idejn se jfakkruna f’Idejn Ġesù. Fuq kull pala pinġi qalb li tfakkarna fil-feriti ta’ Ġesù.
Issa tista’ tikteb talba lil Ġesù biex jgħinnek temmen li hu miegħek ankè meta tħossu ħafna ‘l bogħod minnek.