Ħelow tfal!
Kollha nafu kemm huwa diffiċċli li tgħix ġo deżert. Fid-deżert hemm nixfa kbira u fejn m’hemmx ilma m’hemmx ħajja.
Xi drabi nagħżlu aħna stess li ngħixu ġo deżert. Dan jiġri meta naħsbu li aħna nafu iktar minn Alla, nidinbu u nitbiegħdu minn ma’ Alla. Alla jrid isalvana. Alla l-Missier bagħat lil Ibnu Ġesù biex meta mmorru għandu nimtlew bl-Ipirtu s-Santu. Permezz tal- Ispirtu s-Santu nimtlew bil-ħajja. Bin-nifs ta’ Alla fina nsiru bħal xmajjar żagħar ta’ mħabba u ferħ, paċenzja u ħlewwa, ġentilezza u dixxiplina personali. Inkunu nistgħu nagħmlu ħafna sabiħ u tajjeb fid-dinja ta’ madwarna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha –Qatra Ħajja u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb kif tħossok meta tħoss li qed tgħix ġo deżert bil-għatx.
Pinġi wiċċ fuq karta b’ forma ta’ qatra ilma biex tfakkrek li permezz tal-Ispirtu s-Santu inti tista’ tati l-ħajja lil kulħadd u li inti tista’ titkellem ukoll.
Fuq karta żgħira ikteb jew pinġi talba biex titlob lil Alla jimlik bil-qawwa tal- Ispirtu s- Santu biex inti ssir bħal qatra ħajja għal dawk li tiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Għid din it-talba lil Alla f’ qalbek.
Pawza miġburin fit-talb.
Wara li twaħħal din il-qatra mal-karta ż-żgħira u mal-istraw, poġġi l-istraw f’ post fejn tfakkrek li inti tista’ tkun bħal xmara żgħira ta’ mħabba u ferħ, paċenzja u ħlewwa, ġentilezza u dixxiplina personali. Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.