Ħelow tfal!
Spiss nisimgħu min jgħid ‘ Rajtek Anġlu!’ Kemm napprezzaw meta jkollna bżonn l-għajnuna u nsibu min jkun lest iħalli kollox u jara kif jgħina.
Bħalma Alla bagħt lill-anġli biex jaqdu lil Ġesù meta kien fid-deżert hekk Alla qiegħed jibagħt lilna biex bħall-anġli naqdu u nservu lil kull min għandu bżonn.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha: Rajtek Anġlu u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tieqaf ftit taħseb f’min għandu bżonn l-għajnuna tiegħek u tista’ tkun ta’ anġlu għalih/a
Qasqas il-karta b’forma ta’ anġlu ikteb ismek fuqha bħala sinjal li inti trid taqdi u sservi lil min għandu bżonn l-għajnuna tiegħek u ifforma l-anġlu.
Kompli billi tagħlaq għajnejk u itlob lil Alla jgħinek biex taqdi bil-ferħ lil min għandu bżonn l-għajnuna tiegħek.
Pawza qasira miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.