L-istendina għas-saltna tas-smewwiet hija miftuħa għal kulħadd, iżda aħna liberi jekk ngħiux iva sabiex nkunu parti minnha jew le. Li naċċettaw li nkunu parti minn din is-saltna jfisser li aħna lkoll imsejħa biex ngħixu fil-prattika dak li ngħidu li nemmnu fih. B’dan il-mod biss, ma nkunux mitfugħa fid- dlam bħar-raġel tal-parabbola li ma kienx liebes libsa tat-tieġ.
Sfortunatament xi drabi nirrifjutaw din l-istedina u nittrattaw lill-messaġġiera ta’ Alla ħażin ħafna għalkemm nafu bit-tjubija u l-ħniena ta’ Missierna tas-sema. Matul dan iż-żmien ta’ talb nistgħu naħsbu fl-ospitalità immensa tar-Re tal-parabbola li jgħid: ‘ Mur għalhekk fit-toroq ewlenin, u stieden lil kull min issib …’ Din hija l-attitudni ta’ Alla lejn kulħadd fid-dinja.
Alla qiegħed jibagħtlek invit għall-festa ta’ mħabba bejnu, bejnek u bejn kull bniedem ieħor, permezz ta’ ħafna modi, fosthom peremzz ta’ nies li jħobbuk.
l-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha RSVP u għaliha għandna bżonn:
Hekk kif għandek imniżżel fl-invit, din il-festa’ ddum ħajtek kollha u ċelebrażżjoni ssir kull fejn tmur. Fost il-ħwejjeġ li tista’ tilbes għal din il-festa hemm: l-imħabba, il-maħfra, il-ġustizzja, il-ferħ, it-tama, il- kompassjoni, ir-reżiljenza u l-umiltà.
Ħu ftit ħin biex taħseb dwar din l-istedina u dwar it-tibdila li tixtieq tilbes minn dawk suġġeriti fl-invit.
Fuq l-invit ikteb ismek ħdejn l-ittri RSVP biex turi lil Alla li trid tilqa’ l-istednia tiegħu. Wara mmarka b’ċirku t-tibdila li tixtieq tilbes minn dawk li hemm suġġeriti fl-invit.
Kompli tkellem ma’ Alla dwar dak li tixtieq tilbes apparti l-ilbies materjali tiegħek biex turi li inti trid tgħix din il-festa ta’ mħabba ma’ Alla.