Darba waħda Ġesù stieden lil Pietru, lil Indrì, lil Ġakbu u lil Ġwanni biex imorru warajh u jsiru sajjieda tal-bnedmin. Bħala sajjieda tal-bnedmin huma kellhom jsiru jafu mill-qrib lil Ġesù bħala l-ħabib tagħhom u bħalu u flimkien miegħu jressqu lill-bnedmin oħra lejn Alla sabiex jsiru jafu kemm Alla jħobbhom. Ġesù jistieden lilna wkoll biex bħalu nressqu lill-oħrajn aktar qrib ta’ Alla.
- Ħu ftit ħin biex tirrifletti dwar din l-istedina biex twassal lill-oħrajn aktar viċin ta’ Alla u aħseb kif tista’ tagħmel dan fil-ħajja ta’ kuljum.
- Immaġina li qed tipprepara għal din il-missjoni, uża l-marker l-iswed u fuq il-borża tal-plastik penġi x-xibka.
- Aħseb f’nies li inti tista’ twassal viċin ta’ Alla. Għal kull persuna li inti ħsibt fiha, poġġi karta b’ forma ta’ ħuta fil-borża tal-plastik.
- Itlob lil Alla biex jgħinek tgħin lil dawn in-nies jsiru jafu aktar lil Alla.