Qatt ħsibt jew staqsejt kif suppost jkunu id-dixxipli veri ta’ Ġesù?
Ġesu jurina li kulħadd jista’ jkun dixxiplu tiegħu u għalhekk jimxi warajh. Ma hemmx bżonn li wieħed jkollu xi talenti spettakolari jew xi kwalifiki partikolari. Kulma hemm bżonn huwa r-rieda li nsibu ħin għalih u nsegwuh kull fejn imexxina. Rridu nkunu lesti li ngħamlu l-valuri tiegħu, l-valuri tagħna.
In-Nisrani huwa xi ħadd li għandu relazzjoni personali u mill-qrib ma’ Ġesù. Flimkien ma Pietru, Indrì, Ġakbu u Ġwanni, Ġesu qed jistieden lilna ukoll biex nimxu warajh u insiru sajjieda tal-bnedmin. Ġesu jistedinna biex insegwuh, inkunu ħbieb tiegħu, insiru nafuh aktar, nieħdu pjaċir miegħu, nservu miegħu u ngħinuh fil-missjoni tiegħu. Xi privileġġ għadna li Ġesù qed jistedinna nħadmu miegħu sabiex l-oħrajn jsiru jafu aktar lil Alla Missierna. Dan hwa dak li kien qed jfisser Ġesù meta qal lill-appostli, “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.” Mk 1:17
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha Sajjieda tal-Bnedmin u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex tirrifletti dwar din l-istedina biex twassal lill-oħrajn aktar viċin ta’ Alla u aħseb kif tista’ tagħmel dan fil-ħajja ta’ kuljum.
Waqt li timmaġina lilek innifsek tipprepara ruħek għal din il- missjoni, uża l- marker l-iswed u fuq il-borża tal-plastik penġi x-xibka.
Aħseb f’nies li inti tista’ twassal viċin ta’ Alla. Għal kull persuna li inti ħsibt fiha, poġġi karta b’ forma ta’ ħuta fil-borża tal- plastik.
Agħlaq dan il-mumnet ta’ talb billi titlob lil Alla biex jgħinek tgħin lil dawn in-nies jsiru jafu aktar lil Alla.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.
♺ – Ftakar biex tuża borża tal-plastik li diġa intużat u li kieku ser tintrema.