Nafu li uħud minna qegħdin nistudjaw biex nitgħallmu ndoqqu xi strument mużikali bħal pjanu, kitarra, vjolin jew flawt. Jew forsi jekk ma nddoqqux strument attendejna xi attività fejn smajna u rajna l-orkestra jew banda ddoqq. Għalkemm għandhom ħsejjes differnti u huma wkoll ta’ qies differenti, l-istrumenti flimkien jagħmlu armonija sabiħa u jferrħu lil min ikun qed jara u jisma’.
Il-prayer space tal-lum jisimha: Strument f’Idejn Alla
Wieħed għandu bżonn:
Doqq ftit l-istrument jew isma’ lil xi ħadd idoqq xi strument għal ftit ħin. Issa neħħi l-istrument minn idejk, u aħseb ftit bl-liema modi tista’ tkun strument ta’ ferħ, imħabba, maħfra, tama, jew dawl f’idejn Alla. (għażel waħda jew tnejn). Ikteb jew pinġi s-sitwazzjonijiet fuq il-karta u offriehom lil Alla. Jekk nagħmlu dejjem ħilitna li nagħmlu t-tajjeb, Alla jkun qiegħed idoqq permezz tagħna armonija sabiħa.