Togħma għal dejjem

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal qalb kbira

Meta xi persuna tgħaddilna xi kumment sabiħ, jew turina apprezzament għal xi ħaġa li nkunu għamilina, b’mod naturali inħossuna ferħanin. Inħossuna ferħanin minħabba li dawk li jagħmlu dan il-ġest sabiħ magħna, jġibu ruħhom tajjeb magħna, b’mod ġentili u juruna rispett. Ġie li iltqajt ma’ xi ħadd fil-ħajja tiegħek li uriek rispett u tak sapport f’dak li inti u fil-kapaċitajiet tiegħek? Dan ifisser li dik il-persuna hija umli. Umli jfisser tkun persuna li dejjem lesta li titgħallem, fil-paċi magħha nnifisha, turi rispett lill-oħrajn u taf tifraħ u tbati mal-oħrajn.

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Togħma Għal Dejjem

Wieħed għandu bżonn:

  • Rokna għal kwiet
  • Ftit ħelu
  • Stampa ta’ ħelwa, tista’ tġinġi ħelwa, jew jekk trid tuża l-mudell mehmuż
  • Popsicle

Aħseb ftit f’persuna li kienet qalbha tajba miegħek u li f’ħajtek ħallietlek togħma tajba. Irringrazzja lil Alla ta’ din il-persuna u  li laqqgħek magħha fil-ħajja tiegħek. Filwaqt li tiekol ħelwa, ikteb messaġġ ta’ ħlewwa fuq il-ħelwa lil xi ħadd li tixtieq turih rispett bħalma għamlu miegħek. Madre Tereża tgħid: “Kliem mimli ħlewwa jista ‘jkun qasir u jingħad faċilment, imma l-eku tagħhom tassew jibqa’ jidwi.” Waħħal il-ħelwa mal-popsicle u poġġieha x’imkien fejn jista’ jarha kulħadd. Hekk tkun qed twassal il-messaġġ tiegħek mimli ħlewwa u tagħti togħma tajba lil kull min jaqrah.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.