Madre Tereża darba qalet, “Kliem ta’ ħlewwa jista’ jkun sempliċi u faċli biex tgħidu imma l-eku li jħalli jibqa’ għall-dejjem.” Qatt iltqajt ma xi ħadd b’ qalb ħelwa li rrispettak, kien ħelu u ġentili f’dak li jgħid u jagħmel? Jista’ jkun xi ħabib/a, xi membru fil-familja tiegħek jew xi ħadd li m’għadux ħaj imma ħalla fuq ħajtek togħma ħelwa li tibqa’.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar persuna ta’ qalb tajba li ħalliet togħma ħelwa f’ħajtek.
- Għid grazzi lil Alla għal din il-persuna u għat-togħma ħelwa li ħalliet f’ħajtek. Tista’ wkoll titolbu biex jgħinek turi rispett lejn ħaddieħor billi tkun ġentili f’ dak kollu li taħseb, tgħid u tagħmel.
- Fuq waħda minn dawn il-karti forma ta’ ħelwa pinġi jew ikteb messaġġ mimli ħlewwa.
- Waħħal il-ħelu mal-popsicle u poġġiha fejn tista’ tħalli togħma ħelwa lil kulmin jarha.