Hello tfal,
Biex nifhmu l-misteru tat- Trinità Mqaddsa, nistgħu neżaminaw tuffieħa. Għalkemm tuffieħa hi magħmula mill-qoxra, il-qalba u z-zokk, xorta hi tuffieħa waħda. Hekk ukoll it-Trinita’ Mqaddsa hi Alla wieħed fi tliet persuni differenti u uniċi: Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. It-Trinità tistedinna nibnu relazzjoni ta’ mħabba m’Alla u nimxu warajh permezz tat-tagħlim Tiegħu.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu: Tuffieħ u t-Trinità.
Għandek bżonn:
- Tuffieħa kbira maqsuma fi tnejn fuq platt tal-karti
- Karti forma ta’ tuffieħ bi kwotazzjonijiet mill-Bibbja rigward it- Trinità
Istruzzjonijiet:
- Rodd is-salib u ftakar li b’din it-talba qed titlob lit-Trinita’ Mqaddsa.
- Poġġi ħdejn il-qasrija u ħu t-tuffieħa f’idejk. Miss il-qoxra, il-qalba u z-zokk.
- Hu l-karti forma ta’ tuffieħa li huma mmarkati IL-MISSIER, l-IBEN u l-Ispirtu S-SANTU. Aqra l-kwotazzjoni li hemm fuqhom u faħħar ‘l Alla tal-qawwa, ħniena u mħabba Tiegħu.
- Spiċċa billi tgħid il-GLORJA bil-mod biex tonora t- Trinità Mqaddsa.
- Ħu gost waqt li tiekol it-tuffieħa.