Widna miftuħa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nisma' lil Alla

Tiftakru meta xi darba smajtu  xi messaġġ mqanqal mingħand xi personaġġ magħruf, u dan il-messaġġ għoġbok u bqajt taħseb fih?U forsi wkoll wassalt dan l-istess messaġġ lil ħaddieħor. Jew meta ftaħt qalbek ma’ xi ħadd u smajt il-parir li kien qiegħed jagħtik? Meta wieħed jiskot u  jisma’ jkun qed issaħħaħ l-elementi tal-attenzjoni, tal-preżenza tiegħu u tal-fehma li jkun għal ġid tiegħu anke jekk iħossu xi ftit skomdu. Is-smigħ huwa wieħed mis-sensi u anke don ta’ Alla. 

  • Sib rokna kwieta, poġġi bilqiegħda u għatti għajnejk b’biċċa drapp.
  •  Qatta ftit ħin isma’ l-ħsejjes ta’madwarek
  • Neħħi d-drapp
  • Fuq il-mudell tal-widna ikteb l-ħsejjes li smajt
  • Fuq in-naħa t’isfel tal-widna ikteb il-messaġġ li taħseb li Alla qed jgħaddilek permezz ta’ dawn il-ħsejjes.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.