Aħna lkoll għandna l-ħolm u x-xewqat tagħna. Affarijiet li tixtieq ikollok, x’tixtieq issir la tikber, esperjenzi li tixtieq tgħix, postijiet li tixtieq iżżur jew persuni li tixtieq issir taf aktar.
Ikteb xewqa u ħolma tiegħek fuq sticky notes jew fuq mudell provdut.
Alla jaf diġa x-xewqat u l-ħsibijiet tiegħek kollha.
Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.