Ħellow tfal!
Ġieli kont qed tqalleb qalb ir-ritratti u tara ritratt tiegħek meta kont tarbija? Jew ritratt ta’ meta għamilt il-magħmudija u tara anke kemm kienu differenti l-ġenituri tiegħek jew l-parrini?
In-nies huma u jħarsu lejn Ġesù jippriedka, indunaw kemm inbidel minn tifel, u kemm kiseb għerf u intelliġenza.
Il-Prayer Space li ser nagħmlu jisimha Minn fejn sa fejn? Għaliha għandna bżonn:
Weħħel ir-ritratt ta’ meta kont tarbija mat-tarf tal-karta minduda u weħħel dak riċenti fin-nofs. Mat-tarf l-ieħor għamel forma ta’ question mark kbira, għax ma nafux kif ser nkunu qed nidhru fis-snin li ġejjin. Bejn ir-ritratt ta’ tarbija u t’ issa ikteb dak kollu li ksibt jew inbidel matul daż-żmien eżempju: twalt, bdilt l-iskola, bdejt nipprattika xi sport jew strument, ect. Tista’ anke tistaqsi lill-ġenituri jew lil dawk li jieħdu ħsiebek dwar ġrajjiet li ġraw tul dawn is-snin ta’ ħajtek.
Bejn ir-ritratt t’issa u l-question mark ikteb dak kollu li tixtieq tikseb minn issa l-quddiem.
Pawża ta’ ftit sekondi
Irringrazzja lil Alla ta’ dawk l-affarijiet kollha li nbidlna jew kbirna fihom u itolbu jgħinek tkompli tikber u tilħaq l-mira tiegħek, b’mod speċjali li ssir ħabib/a ikbar ta’ Ġesù.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.