Minn fejn sa fejn?

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nikber fil-gwida ta’ Alla

Ħellow tfal!

 Ġieli kont qed tqalleb qalb ir-ritratti u tara ritratt tiegħek  meta kont tarbija? Jew ritratt ta’ meta għamilt il-magħmudija u tara anke kemm kienu differenti l-ġenituri tiegħek jew l-parrini?

In-nies huma u jħarsu lejn Ġesù jippriedka, indunaw kemm inbidel minn tifel, u kemm kiseb għerf u intelliġenza.

 Il-Prayer Space li ser nagħmlu jisimha Minn fejn sa fejn? Għaliha għandna bżonn:

  • karta vojta bajda jew tal-kulur,
  • ritratt ta’ meta kont tarbija,
  • ritratt riċenti,
  • kolla
  • pinna jew marker

Weħħel ir-ritratt ta’ meta kont tarbija mat-tarf tal-karta minduda u weħħel dak riċenti fin-nofs. Mat-tarf l-ieħor għamel forma ta’ question mark kbira, għax ma nafux kif ser nkunu qed nidhru fis-snin li ġejjin. Bejn ir-ritratt ta’ tarbija u t’ issa ikteb dak kollu li ksibt jew inbidel matul daż-żmien eżempju: twalt, bdilt l-iskola, bdejt nipprattika xi sport jew strument, ect. Tista’ anke tistaqsi lill-ġenituri jew lil dawk li jieħdu ħsiebek dwar ġrajjiet li ġraw tul dawn is-snin ta’ ħajtek. 

Bejn ir-ritratt t’issa u l-question mark ikteb dak kollu li tixtieq tikseb minn issa l-quddiem.

Pawża ta’ ftit sekondi

 Irringrazzja lil Alla ta’ dawk l-affarijiet kollha li nbidlna jew kbirna fihom u itolbu jgħinek tkompli tikber u tilħaq l-mira tiegħek, b’mod speċjali li ssir ħabib/a ikbar ta’ Ġesù.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.