24- il Jum

24- il Jum

Jum wieħed biss il-bogħod, u illum ser insibu lil Madonna

Naħsbu:

Il-Madonna kienet ma’ Ġesù matul ħajtu kollha. Kienet miegħu fil-mumenti sbieħ, bħal xi tieġ u baqgħet miegħu anke fil-mumenti ta’ tbatija, meta miet fuq is-salib.

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Illum lejlet il-Milied. Min jaf kemm preparamenti għall-ikla ta’ għada! F’dawn il-preparamenti, aħsbu jekk fit-triq tagħkom hemm xi ħadd, jew tafux lil xi ħadd, li għada se jkun waħdu. Minħabba r-restrizzjonijiet ta’ dan iż-żmien ma tistgħux tistednuh għandkom, imma tistgħu taqsmu miegħu l-ikel li ppreparajtu biex ikollu xi ħaġa speċjali x’jiekol.

Talba:

Itlob bil-kliem ta’ Marija. Aqra l-Magnifikat, Luqa 1, 46-55

Azzjoni:

Min jaf kemm kienet tgħaddi ħin, il-Madonna, tħares lejn Ġesù. Mur quddiem Ġesù fil-maxtura u oqgħod ħares lejh, hu qiegħed iħares lejk ukoll. Tkellem ma’ Ġesù dwar dak li qiegħed taħseb.

Diska:

Illum kanta: What child is this? 

24. Niżżel it-tpenġija