Min jaf kemm-il darba meta kontu fil-klassi u l-għalliema jgħidulna biex ma nitkellmux f’daqqa jekk rridu nisimgħu u nifmhu lil xulxin. Imbagħad nibdew ngħollu jdejna biex nitkellmu wieħed wieħed, u waħda waħda.
Jekk nixtiequ li nisimgħu lil vuċi ta’ ġo fina, hemm bżonn nieqfu ftit mill-ġenn ta’ barra u imbgħad nisktu minn ġewwa aħna. B’hekk inkunu iktar lesti biex nisimgħu lil Alla jkellimna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha –Iskot u Isma’. Għaliha għandna bżonn:
Wara li tkun smajt is-silta u nġbart ftit, ħu nifs ‘l ġewwa u ieħor ‘il barra bil-mod. Iieqaf u fakkar lilek innifsek li biex tisma’ trid tieqaf u issikket lilek nnifsek.
Neħħi l-headphones. Ħu gost gawdi s-skiet għal ftit minuti u kompli skopri s-sabiħ li hemm fik.