Iskot u Isma’

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' għall-kalma

Min jaf kemm-il darba meta kontu fil-klassi u l-għalliema jgħidulna biex ma nitkellmux f’daqqa jekk rridu nisimgħu u nifmhu lil xulxin. Imbagħad nibdew ngħollu jdejna biex nitkellmu wieħed wieħed, u waħda waħda.

Jekk nixtiequ li nisimgħu lil vuċi ta’ ġo fina, hemm bżonn nieqfu ftit mill-ġenn ta’ barra u imbgħad nisktu minn ġewwa aħna. B’hekk inkunu iktar lesti biex nisimgħu lil Alla jkellimna.

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha –Iskot u Isma’.  Għaliha għandna bżonn:

  • Headphones
  • Silta Mużikali kalma ta’ żewġ jew erba’ minuti eż waħda minn dawn: 
  1. 2 minutes Relaxing Piano Music | Music for Stress Relief | Instrumental Music
  2. 2 Minute Piano Music- Instrumental Background Music | Relaxing Piano Music
  3. Relaxing Music 3 Minutes, Background Music, Calm Music 3 Minutes

Wara li tkun smajt is-silta u nġbart ftit, ħu nifs ‘l ġewwa u ieħor ‘il barra bil-mod. Iieqaf u fakkar lilek innifsek li biex tisma’ trid tieqaf u issikket lilek nnifsek.

Neħħi l-headphones. Ħu gost gawdi s-skiet għal ftit minuti u kompli skopri s-sabiħ li hemm fik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.