Meta xi persuna tgħaddilna xi kumment sabiħ, jew turina apprezzament għal xi ħaġa li nkunu għamilina, b’mod naturali inħossuna ferħanin. Inħossuna ferħanin minħabba li dawk li jagħmlu dan il-ġest sabiħ magħna, jġibu ruħhom tajjeb magħna, b’mod ġentili u juruna rispett. Ġie li iltqajt ma’ xi ħadd fil-ħajja tiegħek li uriek rispett u tak sapport f’dak li inti u fil-kapaċitajiet tiegħek? Dan ifisser li dik il-persuna hija umli. Umli jfisser tkun persuna li dejjem lesta li titgħallem, fil-paċi magħha nnifisha, turi rispett lill-oħrajn u taf tifraħ u tbati mal-oħrajn.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Togħma Għal Dejjem
Wieħed għandu bżonn:
Aħseb ftit f’persuna li kienet qalbha tajba miegħek u li f’ħajtek ħallietlek togħma tajba. Irringrazzja lil Alla ta’ din il-persuna u li laqqgħek magħha fil-ħajja tiegħek. Filwaqt li tiekol ħelwa, ikteb messaġġ ta’ ħlewwa fuq il-ħelwa lil xi ħadd li tixtieq turih rispett bħalma għamlu miegħek. Madre Tereża tgħid: “Kliem mimli ħlewwa jista ‘jkun qasir u jingħad faċilment, imma l-eku tagħhom tassew jibqa’ jidwi.” Waħħal il-ħelwa mal-popsicle u poġġieha x’imkien fejn jista’ jarha kulħadd. Hekk tkun qed twassal il-messaġġ tiegħek mimli ħlewwa u tagħti togħma tajba lil kull min jaqrah.