Difensur tagħna

Pentekoste

Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum, tagħlaq iż-żmien tal-Għid. Illum niċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste meta nfakkru l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli li kienu miġbura flimkien fil-kamra ta’ fuq f’Ġerusalem. Illum infakkru wkoll il-bidu tal-Knisja. Niċċelebraw it-twettiq tal-wegħda li għamel Ġesù li jibgħat lill-Ispirtu s-Santu; dan ġara 50 ġurnata wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet. 

L-inżul tal-Ispirtu s-Santu huwa sinjifikattiv, minħabba li Pentekoste kienet ġurnata importanti għal-Lhud. Din taħbat 50 ġurnata wara l-festa tal-Għid, ċelebrazzjoni stabbilita u msemmija fit-Testment il-Qadim. L-inżul tal-Ispirtu s-Santu f’din il-ġurnata tagħtiha tifsira differenti, u ssir festa tat-Testment il-Ġdid, il-bidu tal-Knisja. L-Appostli huma maħtura bħala l-poplu magħżul ta’ Alla bid-dmir li jkomplu l-missjoni li beda Ġesù. L-Ispirtu tal-verità, hu għalliem u difensur, hu jimliena bil-kuraġġ. L-Ispirtu s-Santu jfejjaq u jagħtina dak kollu li hu tajjeb. L-ewwel qari tal-lum, mill-Atti tal-Appostli, naqraw kif l-Ispirtu s-Santu, niżel bħall-ilsna tan-nar, fuq l-Appostli, li nbiddlu minħabba l-qawwa tiegħu. F’daqqa waħda, jibdew jitkellmu b’ilsna ġodda u mtlew fil-ferħ u bil-kuraġġ. 

L-Evanġelju skont San Ġwann, huwa parti mid-diskors tal-Aħħar Ċena. Ġesù jistaqsi lid-dixxipli u lilna biex ninpenjaw ruħna, biex ‘jekk inħobbuh, nagħmlu dak li għallimna hu.’ Hu jwiegħed li jistaqsi lill-Missier biex jibgħatilna għajnuna. Il-qalb ta’ Ġesù hija rivelata lilna, kif ukoll hija mfissra r-relazzjoni tiegħu mal-Missier. Ġesù jwiegħed li l-Ispirtu s-Santu (Difensur) jgħallimhom u jfakkarhom dak kollu li għallimhom. 

Ġesù żamm il-wegħda li għamel, li lid-dixxipli (u lilna) jibgħatilna għajnuna, difensur li jagħtihom il-qawwa biex ikunu xhieda tiegħu mad-dinja kollha. L-Ispirtu s-Santu kellu jgħallimhom ħwejjeġ ġodda, u jwassalhom aktar fil-fond, għall-misteru ta’ Ġesù. L-Ispirtu s-Santu jgħinhom biex jifhmu l-isfidi ġodda li kellhom quddiemhom. Dan kollu jista’ jingħad għalina. Bħala nsara, aħna nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu fil-magħmudija u fil-griżma tal-Isqof. Il-fidi tagħna, hija vjaġġ matul il-ħajja kollha, fejn niskopru l-eżistenza ta’ Alla fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Din hija relazzjoni intima, li tissaħħaħ permezz tat-talb u riflessjoni. Il-ħajja fl-Ispirtu hija trasformattiva. Inti tixtieq li tilmaħ il-glorja ta’ Ġesù? Tixxennaq għall-miġja tal-Ispirtu fuqek u fuq il-familja tiegħek? Fuq il-Knisja u fuq id-dinja kollha? Jekk it-tweġiba, hija ‘iva’, allura din hija prova li l-Ispirtu s-Santu qiegħed jaħdem fik.

Ta’ kull sena, il-Knisja tiċċelebra d-don tal-Ispirtu s-Santu nhar Pentekoste. Nistgħu nirċievu dan id-don f’modi differenti jekk nagħrfu u nħallu lill-Ispirtu s-Santu jaħdem fina. Tibżax titlob, “Ejja Spirtu s-Santu, u imla l-qlub tal-fidili tiegħek!”

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann  (Ġw 14: 15-16, 23b-26)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem. Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom”.

Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

Istruzzjonijiet u għan

  1. Aqra sew l-Evanġelju biex issir aktar familjari miegħu.
  2. Aħseb dwaru u ara x’qiegħed jgħid lilek personali. Liema hi l-parti li l-aktar li laqtitek? Għaliex?
  3. L-Ispirtu kien il-ħajja ta’ Ġesù. Hu ingħata lilna fil-magħmudija. Fakkar lill-bqija tal-familja tiegħek li l-ħajja ta’ Ġesù qegħda fina u li b’hekk aħna nistgħu negħlbu t-tentazzjonijiet.
  4. Il-familja hija l-Knisja Domestika – l-iċken nukleju ta’ dawk li jemmnu fi Kristu. Hawnhekk nitgħallmu naħfru u naċċettaw il-maħfra. Id-don tal-Ispirtu s-Santu jgħinna nagħmlu dan. Itolbu flimkien bħala familja lill-Ispirtu s-Santu u itolbuh biex jgħin lill-familja tagħkom.
  5. Flimkien bħala familja sibu ħin u post biex taqraw dan l-Evanġelju. L-ambjent jgħin ukoll, għalhekk qabel ma tibdew, fejn ser tiltaqgħu ppreparaw:
    i. Bibbja bil-qari minn San Ġwann (14: 15-16, 23b-26)
    ii. Xemgħa kbira bajda
    iii. Il-mejda fejn hemm il-Bibbja, miksija bi drapp aħmar
    iv. Computer/laptop bil-qari u clips
  6. Mur fil-parti tat-tfal skont l-etajiet u għamilha flimkien magħhom
  7. Addatta din il-parti skont kif hemm bżonn, tiddejjaqx tkun kreattiv 😊

Illum hija festa speċjali, fis-sena tal-Knisja. Illum niċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste. Niċċelebraw ir-rigal tal-Ispirtu s-Santu, li Alla l-Missier jagħtina biex jgħinna u jgħallimna.

  • Fl-Aħħar Ikla, Ġesù jwiegħed lid-dixxipli li hu kien ser jitlob lill-Missier biex wara li Ġesù ma jibqax magħhom, jibgħat lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinhom
  • Crackers tondi jew kwadri
  • Biċċa ġobon bajda, bħaċ-cheddar
  • Biċċa ġobon oranġjo, bħar-Red Leicester
  • Bżar aħmar ħelu

Tista’ ssemmi xi ħaġa li taħdem bil-batterija? Forsi xi karozza tar-remote control jew xi toy oħra. Ir-remote control tat-television, jaħdem biss jekk ikollu batterija tajba ġo fih. Il-batteriji huma sors ta’ enerġija. Mingħajr il-batterija, dawn l-affarijiet ma jistgħux jaħdmu kif suppost. Ġesù jgħidilna li l-Ispirtu s-Santu huwa s-sors ta’ enerġija tagħna. L-Ispirtu s-Santu jgħinna biex nimxu wara Ġesù.

Fl-Aħħar Ikla, Ġesù jgħid lid-dixxipli li huma għad jagħmlu affarijiet kbar wara li hu ma jibqax magħhom; affarijiet bħalma kien jagħmel hu. Ġesù għamel ħafna affarijiet kbar u sbieħ. Tiftakar xi ħaġa li għamel Ġesù? Hu fejjaq lill-morda, l-għomja reġgħu bdew jaraw, waqqaf maltempata u bidel l-ilma f’inbid. Dawn aħna nsejħulhom mirakli. Kif setgħu, id-dixxipli jagħmlu dawn l-affarijiet kbar, bħal Ġesù? Ġesù wiegħdhom li kien ser jitlob lil Alla Missier, biex jibgħatilhom lill-Ispirtu s-Santu biex jagħtihom il-qawwa u jkunu jistgħu jagħmlu dawn l-affarijiet kbar. 

L-Ispirtu s-Santu niżel fuq id-dixxipli f’Pentekoste. Huma kienu flimkien ġo kamra, meta semgħu ħoss bħal riħ qawwi u fjammi tan-nar kienu fuq ras kull wieħed minnhom. Id-dixxipli mtlew bil-qawwa u bdew jippriedkaw u jgħallmu bħal Ġesù. Huma għamlu affarijiet li qabel ma kienux jagħmluhom, għax issa kellhom il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fihom. Aħna wkoll ingħatajna din il-qawwa speċjali fil-magħmudija. Aħna, li aħna t-tfal ta’ Alla, nistgħu nagħmlu affarijiet kbar; mhux waħedna, iżda bir-rigali li jagħtina l-Ispirtu s-Santu. Wow! Taħsbu li dan huwa rigal speċjali? U żgur li hu speċjali! U wkoll, Ġesù jrid li aħna nużaw dan ir-rigal biex id-dinja tkun post isbaħ u aħjar.

Illum se nieħdu gost, niċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste billi nagħmlu ‘crackers tal-Ispirtu s-Santu’ u nagħtuhom lill-familja u lill-ħbieb.

Mis-slice ta’ ġobon l-abjad, aqta forma ta’ fjamma u poġġiha fuq il-cracker. Aqta’ fjamma iżgħar mis-slice ta’ ġobon oranġjo u poġġiha fuq l-oħra biex tiġi qisha ilsien tan-nar. Aqta’ biċċa mill-bżaru aħmar u poġġiha fiċ-ċentru, minflok tista’ tuża tadama żgħira (cherry tomato). Itlob l-għajnuna ta’ adult biex tagħmel din l-attività. Issa tista’ tqassam dawn il-crackers jew tikolhom inti!

Waqt li qed tagħmel din l-attività, isma’, Peace like a river.

Radd tas-salib

Ejja, Spirtu s-Santu, u imla l-qalb tagħna bil-qawwa ta’ mħabbtek, kif għamilt mad-dixxipli dakinhar ta’ Pentekoste. Ammen.

Il-festa ta’ Pentekoste, hija l-birthday tal-Knisja. Ġesù jgħid lid-dixxipli li jekk iħobbu lilu, huma jkunu qed jobdu dak li kkmanda hu u li wara li ma jibqax magħhom, kien se jibgħatilhom l-Ispirtu s-Santu biex jieħu ħsiebhom u jmexxihom. 

  • Ġesù jitlob lid-dixxipli biex jagħmlu dak li jixtieq hu. Nitgħallmu wkoll li Alla kien ser jibgħatilhom l-Ispirtu s-Santu biex ikun magħhom dejjem u jagħtihom l-għajnuna
  • Dakinhar ta’ Pentekoste, id-dixxipli kienu qed jibżgħu. Kienu flimkien ġo kamra, meta f’daqqa waħda niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu. Il-biża’ tagħhom inbidlet f’ferħ.
  • Taħlita tal-kejk (tinxtara, tal-frawli jew tar-red velvet kejk)
  • Kisi tal-icing, abjad
  • Dekorazzjonijiet ħomor/sofor jew oranġjo
  • Kulur tal-ikel aħmar u isfar
  • Forom għall-cupcakes
  • Xemgħat li jintużaw fuq il-kejkijiet

L-ewwel qari tal-lum meħud mill-Atti tal-Appostli, huwa dwar meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq id-dixxipli meta kienu flimkien ġo kamra, Ġerusalemm. Hija l-festa ta’ Pentekoste, u niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja. Għalhekk hija l-birthday tal-Knisja. 

Id-dixxipli kienu flimkien, meta f’daqqa waħda kien hemm ħoss ta’ riħ qawwi u d-dar imtliet b’dan il-ħoss u dehru ilsna tan-nar fuq kull dixxiplu. Huma ħassew bidla ġo fihom, hekk kif imtlew bl-Ispirtu s-Santu. Ma baqgħux beżgħana u setgħu jitkellmu b’ilsna ġodda. L-Ispirtu kien tahom dan ir-rigal li jitkellmu lingwi differenti, u b’hekk setgħu jwasslu l-Bxara t-Tajba, dwar Ġesù, lil ħafna nies.

Fl-Evanġelju, nisimgħu lil Ġesù jkellem lid-dixxipli waqt l-Aħħar Ikla. Hu qiegħed ħejjihom biex jgħixu mingħajru il-preżenża fiżika tiegħu. Hu jgħidilhom li jekk iħobbuh, huma jagħmlu dak li qalilhom jagħmlu. X’kien qalilhom jagħmlu?

Hu kien talabhom biex iħobbu lil xulxin, bħalma ħabbhom hu. Jgħid ukoll li Alla kien ser jibgħatilhom lill-Ispirtu s-Santu biex ikun dejjem magħhom u biex jgħinhom. L-Ispirtu s-Santu jgħallimhom dak kollu li kellhom bżonn wara li Ġesù ma jibqax magħhom u li jfakkarhom dak kollu li kien qal u għamel Ġesù.

Ġesù jgħid ukoll, li jekk aħna nħobbuh, Alla l-Missier, iħobbna wkoll u jgħix ġo qalbna. Ftakru li Alla dejjem magħna u l-Ispirtu s-Santu jmexxina fit-triq it-tajba. Għandna dejjem inkunu lesti nilqgħu lil Ġesù fil-ħajja tagħna. 

Peress li llum qegħdin niċċelebraw il-birthday tal-Knisja, forsi nistgħu nagħmlu ftit ‘cupcakes tal-Pentekoste’. Dan ikun mod sabiħ li niċċelebraw Pentekoste flimkien mal-familja tagħna.

Meta tiġbor dak kollu li għandek bżonn, tista’ tagħmel il-cupcakes, skont ir-riċetta li għandek fuq il-kaxxa. Ħallihom jiksħu.

Issa ġejja l-parti sabiħa! Aqsam il-frosted icing ġo żewġ reċipjenti u nofs żidlu l-kulur isfar u n-nofs l-ieħor, aħmar. 

Uża dan l-icing biex tiddekora l-cupcakes. Agħmel ftit sofor u l-oħrajn ħomor, jew inkella ħallat iż-żewġ kuluri biex ikollok l-oranġjo. Adult jista’ jgħinek tuża l-piping bag. Iddekora bl-isprinkles u poġġi xemgħa fuq kull cupcake. 

Żejjen kif tixtieq inti! Il-kuluri aħmar, isfar u oranġjo, ifakkruna fl-ilsna tan-nar li niżlu fuq id-dixxipli f’Pentekoste. Ħu gost u tista’ tagħtihom lil tal-familja u lill-ħbieb.

Isma’, Spirit of God.

Inroddu s-salib.

Alla, li inti mħabba, ibagħat l-Ispirtu s-Santu, biex jagħtina l-kuraġġ, sabiex aħna nimxu warajh u nħobbuk matul ħajjitna kollha. Għinna naqsmu din l-imħabba ma’ dawk ta’ madwarna. Ammen.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż bil-qari mill-Bibbja fil-Quddiesa. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet marbuta mal-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd u li għandhom jispirawk tgħix kuljum dan il-qari mill-Bibbja.