Ħelsien mill-ktajjen

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-vittmi tal-vizzju

Hello tfal,

Meta nkunu ma nifilħux, dawk li jieħdu ħsiebna flimkien mat-tabib jagħtuna l-mediċina biex infiequ. Sfortunatament, hawn tfal, żgħażagħ u adulti li jieħdu sustanzi u drogi illegali li jagħmlulhom ħsara fiżika u mentali  li ġieli twassal għall-mewt ukoll. Il-vizzju u t-traffikar tad-droga iġegħluhom iħossuhom qishom marbutin bil-ktajjen.

  1. Aħseb fl-effetti li d-drogi u s-sustanzi illegali jħallu fuq is-saħħa u l-ħajja tal-persuna.
  2. Iddisinja poster li fih tinkludi katina b’messaġġ kontra d-drogi u t-traffikar tagħhom.
  3. Ixgħel xemgħa u itlob biex tinqata’ l-katina tat-traffikar tad-droga madwar id-dinja ħalli jkun hawn iktar ġustizzja fid-dinja.
  4. Nitolbu għall-vittmi tad-droga biex jinħelsu mill-vizzju tad-droga.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.