Ħelsien mill-ktajjen

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-vittmi tal-vizzju

Hello tfal,

Aħseb fid-drabi meta kont ma tiflaħx u l-ġenituri, il-kustodji jew it-tabib tawk il-mediċina biex tfiq. Dawn il-mediċini huma magħmulin biex ifejquk imma d-drogi u s-sustanzi illegali m’għandhom l-ebda użu mediċinali u jikkawżaw biss ħsara fiżika u mentali li twassal għall-mewt. Barra minn hekk, ħafna tfal, adoloxxenti u adulti jispiċċaw vittmi ta’ kriminali li jittraffikaw id-droga madwar id-dinja. Dawn iħossuhom qishom marbutin bil-ktajjen. 

Dan l-ispazju ta’ talb jismu Ħelsien mill-Ktajjen.

Ikollok bżonn:

  • Karta vojta
  • Xemgħa tal-batterija
  • Kuluri jew markers

Istruzzjonijiet:

  1. Aħseb fl-effetti li d-drogi u s-sustanzi illegali jħallu fuq is-saħħa u l-ħajja tal-persuna.
  2. Iddisinja poster li fih tinkludi katina b’messaġġ kontra d-drogi u t-traffikar tagħhom.
  3. Ixgħel xemgħa u itlob biex tinqata’ l-katina tat-traffikar tad-droga madwar id-dinja ħalli jkun hawn iktar ġustizzja fid-dinja.
  4. Nitolbu għall-vittmi tad-droga biex jinħelsu mill-vizzju tad-droga.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.