Flimkien ma’ Marija matul is-sajf:
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa (1, 26-45)
Imbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.” Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.” Imbagħad qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha.
F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu
Marija għandha fiduċja kbira f’Alla. Hi taċċetta l-pjan ta’ Alla għaliha.
Aħna kif inwieġbu għal dak li jitlobna Alla?
X’kienu l-ħsibijiet ta’ Marija wara li telaq l-anġlu minn ħdejha?
Qisha ma tantx ħasbet fiha nnifisha, għax marret tħaffef għand Eliżabetta!
Kif tkun it-tweġiba tagħna, meta xi ħadd jistaqsi għall-għajnuna tagħna?
Marija tgħallimna li
Ġesù għinna ngħidu ‘iva’ għal dak li tixtieq minna inti.
Ġesù għamel li bħal Marija aħna nħobbu lill-oħrajn u li nkunu ġenerużi bil-ħin u talenti tagħna.
Ngħidu l-Ewwel u t-Tieni misteru tal-Ferħ.
Tkellem mal-ġenituri u flimkien araw fejn tistgħu tagħmlu rokna bix-xbieha tal-Madonna. Tista’ tkun fuq mejda fil-kamra tal-ikel jew fil-kamra tagħkom, inkella fil-bitħa jew ġnien.
Ikollkom bżonn:
Aqtgħu il-flixkun għall-qies tajjeb biex iservi ta’ vażun. Imbagħad iżbgħuh kif tixtiequ intom u waħħlu d-dekorazzjonijiet fuqu. Ġo fih, tistgħu tpoġġu fjuri friski, inkella, agħmluhom intom bil-karti tat-tajr. Il-Madonna żgur tieħu gost b’dawn il-fjuri li tagħmlulha.
X’tistgħu tagħmlu aktar biex iżżejnu madwar il-Madonna?
Meta tkunu lesti ħudu ritratt u ibagħtuh flimkien ma’ isimkom u l-età tagħkom.
F’Malta u Għawdex hawn ħafna knejjes u kappelel, iddedikati lill-Madonna.
Tafu min kienu l-ġenituri tal-Madonna? (Sant Anna u San Ġwakkin)
Knejjes u kappelel iddedikati lil Sant’Anna:
Waħda mill-festi prinċipali tal-Knisja, hija l-Kunċizzjoni. Din hija ċċelebrata fit-8 ta’ Diċembru. F’din il-festa niftakru li l-Madonna twieledet mingħajr tebgħa ta’ dnub.
Il-festa tal-Kunċizzjoni tkun iċċelebrata:
il-Knisja tiċċelebraw wkoll it-twelid tal-Madonna, fit-8 ta’ Settembru, Malta din il-festa tkun iċċelebrata:
Il-festa tal-Lunzjata, jiġifieri, ta’ meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li hi kienet se tkun omm Alla, tkun iċċelebrata, fil-parroċċa ta’
Il-festa tal-Viżitazzjoni hija ċelebrata fir-raħal tal-Għarb, Għawdex
L-għan ta’ bekids.mt hu li joffri formazzjoni kateketika komprensiva għat-tfal u għall-adolexxenti li qegħdin jippreparaw biex jirċievu s-sagramenti.