Il-mod kif naħsbu fuqna nfusna, fuq l-oħrajn u fuq is-sitwazzjonijiet li jiġru f’ħajjitna, jaffettwaw kif inħossuna u kif inġibu ruħna. Meta naħsbu b’mod negattiv, nibdew ingergru u naraw kollox ikrah u għalhekk inħossuna mdejqin u qalbna maqtugħa. Mhuwiex faċli tħares b’mod pożittiv lejn sitwazzjoni diffiċli, imma meta l-ħsibijiet tiegħek ikunu pożittivi, ikollok it-tama u tħossok li għandek iktar kontroll fuqek innifsek u fuq ħajtek.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Aħseb fit-Tajjeb
Ikollok bżonn:
- Karta vojta jew it-template tal-uċuh
- Markers suwed u tal-kulur
- Pinna jew lapes
- Aqbad karta vojta u agħme
- l żewġ kolonni.
- Aħseb f’xi sitwazzjonijiet fejn tħossok imdejqa jew qalbek maqtugħa ikteb fuq dan. Ħdejn kull ħsieb negattiv, fl-ewwel kolonna, pinġi wiċċ imdejjaq.
- Aħseb kif tista’ tbiddel dawn il-ħsibijiet negattivi dwarek innifsek jew dwar il-ħajja fi ħsibijiet pożittivi li jġibu t-tama. Pinġi wiċċ imbissem ħdejn kull ħsieb pożittiv.
- Għid talba biex Alla jgħinek tħares u taħseb b’mod iktar pożittiv fil-ħajja anki meta tkun f’sitwazzjoni diffiċli.