Aħseb fit-tajjeb

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħsibijiet pożittivi

Il-mod kif naħsbu fuqna nfusna, fuq l-oħrajn u fuq is-sitwazzjonijiet li jiġru f’ħajjitna, jaffettwaw kif inħossuna u kif inġibu ruħna. Meta naħsbu b’mod negattiv, nibdew ingergru u naraw kollox ikrah u għalhekk inħossuna mdejqin u qalbna maqtugħa. Mhuwiex faċli tħares b’mod pożittiv lejn sitwazzjoni diffiċli, imma meta l-ħsibijiet tiegħek ikunu pożittivi, ikollok it-tama u tħossok li għandek iktar kontroll fuqek innifsek u fuq ħajtek. 

 Din ir-rokna ta’ talb jisimha Aħseb fit-Tajjeb

Ikollok bżonn:

  • Karta vojta jew it-template tal-uċuh 
  • Markers suwed u tal-kulur
  • Pinna jew lapes
  • Aqbad karta vojta u agħme
  • l żewġ kolonni. 
  • Aħseb f’xi sitwazzjonijiet fejn tħossok imdejqa jew qalbek maqtugħa ikteb fuq dan.  Ħdejn kull ħsieb negattiv, fl-ewwel kolonna, pinġi wiċċ imdejjaq.
  • Aħseb kif tista’ tbiddel dawn il-ħsibijiet negattivi dwarek innifsek jew dwar il-ħajja fi ħsibijiet pożittivi li jġibu t-tama. Pinġi wiċċ imbissem ħdejn kull ħsieb pożittiv.
  •  Għid talba biex Alla jgħinek tħares u taħseb b’mod iktar pożittiv fil-ħajja anki meta tkun f’sitwazzjoni diffiċli.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.