Agnes Gonxha Bojaxhiu kienet tfajla minn Skopje, fil-Maċedonja. Saret magħrufa mad-dinja kollha bħala Madre Tereza ta’ Kalkutta. Kienet mara ċkejkna imma ġgant ta’ mħabba lejn Alla.
Il-Premju Nobel għall-Paċi ingħatalha għall-dak li għamlet mal-ifqar fost il-fqar, il-morda, id-dgħajfa, dawk bla dar u l-moribondi li kienu qalb il-kerrejja ta’ Kalkutta. Irrifjutat il-festa għad unur tagħha meta ngħatat il-Premju Nobel u l-flus tathom kollha lill-foqra tal-Indja.
Ġiet imsejjħa “l-Anġlu tal-Ħniena”, iżda hi ddefiniet lilha nfisha bħala “lapes f’idejn Alla li bih jikteb ittra ta’ mħabba lid-dinja”.
Madre Tereza ffundat il-Missjunarji tal-Karità. Il-komunità bdiet bi 13-il membru u llum fiha aktar minn 4,000 soru bħala Missjunarji tal-Karità, imxerrdin madwar id-dinja.
Hi ġiet Malta fl-1967 u fl-1976. Il-Missjunarji tal-Karità fetħu dar ġo Bormla biex jgħinu lill-foqra u lil dawk fil-bżonn.
Madre Tereża kienet soru li għenet u qdiet lill-foqra. Għalkemm kienet taf li Alla kien iħobbha, xorta ġieli ħassitha fid-dlam. Però dejjem baqgħet qrib Alla, waqt li servietu bit-talb. Fl-1979 rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi għax pruvat tikkumbatti l-faqar u b’hekk saħħet il-paċi.