Deċiżjoni

L-ewwel Ħadd tal-Avvent

Fis-salm responsorjali illum naqraw, “immorru ferħana f’dar il-Mulej”. Forsi hawn tajjeb nibdew billi nistaqsu, għandna bżonn ‘immorru’ fid-dar tal-Mulej? Jew diġà qegħdin fi triqitna? F’ċertu sens, ilkoll kemm aħna qegħdin fi “triqitna” diġà. Veru, hemm gradi differenti ta kemm wieħed ikun qarrab lejn Alla – iżda ħadd qatt ma jibda mill-bidu. Alla diġà stieden lilna lkoll, u lkoll naċċettawh u niċħduh bil-modi differenti tagħna, fi gradi differenti. Il-mistoqsija li rridu nistaqsu lilna nfusna llum hija: “fejn wasalt jien fi triqti lejn dar il-Mulej”? F’liema post qiegħed/a bħalissa?  U kif qed inħares lejn il-futur – Ġesù jilgħab rwol ċentrali fih?

“Għax is-salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta bdejna nemmnu. Il-lejl għoddu għadda, u qorob il-jum”. Dan il-vers jimmarka ċ-ċelebrazzjoni tagħna u l-bidu tal-perjodu tal-Avvent! Ovvjament, is-salvazzjoni ma teżistix fil-qrib biss matul dan il-perjodu – Ġesù jinsab qrib tagħna dejjem – sempliċement li dan il-perjodu huwa gwida prattika biex ifakkarna fejn sejrin, min hu Ġesù, l-imħabba li hu għandu għalina, il-fraġilità tagħna, iċ-ċokon tagħna, u, mhux l-inqas, id-divinità potenzjali tagħna permezz tal-grazzja u permezz tal-wegħdiet li għamel magħna Ġesù! Dan il-perjodu tal-Avvent jiftaħna għal realtajiet li huma dejjiema iżda li l-ħajja kultant għandha d-drawwa t-tappan u tnessina. Huwa għalhekk li, fit-tieni qari, Pawlu jwissina biex inkunu mqajmin. Jekk xejn, allura, ejjew inħallu dan il-perjodu jerġa’ jiftħilha għajnejna – ejjew niffokaw għajnejna u qalbna fuq ix-xemgħa li tiddi bil-qawwa u li hi Ġesù nnifsu. Dija li tinsab dejjem hemm – fil-fond ta’ qlubna – fost kull forma ta dlam.

Fl-evanġelju, Ġesù jwissina sabiex inkunu ippreparati. Kemm aħna ppreparati? Wieħed qatt jista’ ikun ippreparat biżżejjed? Forsi le. Iżda dan m’għandux iġiegħelna ninkwetaw wisq. Dak li jrid Ġesù mhuwiex li l-bniedem ma jiżbaljax; hu irid dik il-persuna li, fost kull fraġilità u dnub, fost kull falliment u imperfezzjoni, kapaċi tibqa’ miftuħa u umli għall-imħabba, il-fejqan, u l-maħfra tiegħu. L-għan mhuwiex ‘li qatt ma nfallu’, imma li volontarjament inħallu lilna nfusna niġu mmexxija minn Ġesù – għal darba wara l-oħra. Dan hu li jfisser li tkun imqajjem. Ifisser li tkun taf x’inhu importanti u x’inhu inqas importanti. Ifisser li tkun taf tkun umli u kif tirċievi. Ifisser li tagħmel l-ħin biex tiskopri lilek innifsek fid-dawl tal-kreatur tiegħek – li tirrifletti fuq il-kapaċità tiegħek li tħobb lill-oħrajn u lilek innifsek bħal ma jħobb hu.

Ġesù twieled għax Marija qalet “iva” lill-Missier u għax Marija kienet lesta biex tafda lill-Missier kompletament! Aħna lesti nagħmlu hekk? Qed ngħixu bħal Marija? Huwa jekk inkunu bħalha biss li nistgħu nittamaw li nirċievu lil Ġesù tassew. Dan huwa vjaġġ li fih aħna niġu mgħejjuna u mmexxija – vjaġġ li fih il-Missier innifsu jgħinna. Infatti, l-Avvent huwa mod wieħed mil-ħafna li bih Alla jilħaqna. Imma aħna rridu wkoll naċċettaw. Allura ejja nippruvaw, nibdew mil-lum. Tabilħaqq, nippruvaw biss nistgħu!”ħudu l-ħin biex tkunu konxji li f’nofs it-tħejjijiet impenjattivi tagħkom għaċ-ċelebrazzjoni tal-milied, Kristu jerġa’ jitwieled f’Betlem ta’ djarkom u tal-ħajja ta’ kuljum. Ħudu l-ħin, kunu kwieti u konxji ghal dak il-Misteru Divin li jidher daqstant komuni u daqshekk ordinarju iżda li huwa infatti preżenti b’mod tal-għaġeb fost il-ħajja tagħna ta kuljum” – Edward Hays, Almanakk tal-Pellegrin

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 24:37-44) 

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Imbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla.

Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”.

Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

Istruzzjonijiet u għan

  1. Aqra sew l-Evanġelju biex issir aktar familjari miegħu.
  2. Aħseb dwaru u ara x’qiegħed jgħid lilek personali. Liema hi l-parti li l-aktar li laqtitek? Għaliex?
  3. Fejn wasalt fi triqtek lejn id-dar tal-Mulej? F’liema post qiegħed/a bħalissa?  U kif qed tħares lejn il-futur – Ġesù jilaħab rwol ċentrali fih? 
  4. Hu ftit ħin biex taħseb f’modi ta kif tista’ tkun iktar ippreparat għal miġja tal-Mulej – sabiex tkun tista taprezza iktar il-preżenza tiegħu f’ħajtek. 
  5. Flimkien bħala familja sibu ħin u post biex taqraw dan l-Evanġelju. L-ambjent jgħin ukoll, għalhekk qabel ma tibdew, fejn ser tiltaqgħu ppreparaw:
    i. Bibbja bil-qari minn San Mattew (Mt 24:37-44)
    ii. Xemgħa
    iii. Il-mejda fejn hemm il-Bibbja, miksija bi drapp aħdar
    iv. Computer/laptop bil-qari u clips
  6. Mur fil-parti tat-tfal skont l-etajiet u għamilha flimkien magħhom
  7. Addatta din il-parti skont kif hemm bżonn, tiddejjaqx tkun kreattiv 😊

Din il-ġimgħa nibdew il-vjaġġ tagħna tal-Avvent! Ġesù jkellimna dwar l-importanza li nkunu konxji tal-preżenza tiegħu u biex qatt ma ninsew l-imħabba u l-fedeltà tiegħu.

  • Nitgħallmu dwar kemm hu importanti li nippruvaw inżommu lil Ġesù dejjem f’moħħna u f’qalbna – f’kull attività tagħna tal-ħajja tagħna.
  • Whiteboard
  • Whiteboard Marker

Idħol iġri malajr, ippretendi li qed tfittex oġġetti mitlufa u idher ftit konfuż/a.

I, wasalt tard! Fejn huma l-affarijiet tiegħi? M’inix lest/a illum…fejn poġġejt il-…? Tfal! Jiddispjaċini. Jidher li ma nistax insib… M’inix ippreparat ħafna bħalissa. Ara, tort tal-arloġġ! (Uri arloġġ imkisser, jew ‘app’ li mhux qed taħdem). Ma jidhirx li qed j/taħdem, għalhekk ma rrealizzajtx x’ħin kien. Għiduli, qatt ħassejtukom li qed jiġri xi ħaġa, u ma kontux ippreparat għaliha? Forsi kellkom eżami l-iskola li ma studjajtux għalih, jew prestazzjoni li kellkom bżonn tipprattikaw aktar għaliha. Jew qomtu tard u ħassejtukom mgħaġġla?

Illum se nitkellmu dwar forma ta ‘preparazzjoni speċjali ħafna. Se nitkellmu dwar kif inħejju ruħna għal Ġesù! Din il-ġimgħa nidħlu fl-istaġun tal-Avvent. Tafu xi jfisser “Avvent”? Ifisser “wasla”, għax fl’Avvent inħejju għall-wasla ta’ Ġesù! L-Avvent, għalhekk, jgħinna nippreparaw biex nirċievu. Ħafna nies f’dan iż-żmien tas-sena jħejju għall-Milied, forsi billi jixtru jew iżejnu. Iżda fil-knisja, aħna nippreparaw biex niċċelebraw it-twelid ta ‘Ġesù. Alla ġie fid-Dinja bħala tarbija. In-nies fi żmienu kienu qed jisimgħu profeziji dwaru, għalhekk kienu qed jistennewħ bil-ħeġġa. 

Imma aqtgħu xiex? Ġesù reġa’ ġej lura fid-dinja f’xi punt! Il-Bibbja tgħidilna li Ġesù se jerġa’ lura, u kull tbatija tieqaf meta jiġri dan. Tafu meta se jiġi lura Ġesù? Jien ma nafx, le. Fil-fatt, ħadd ma jaf meta. Jista’ jkun għada… jista’ jkun mitt sena oħra. Imma, madanakollu, Ġesù jgħidilna biex inkunu lesti! Irridu nippreparaw. Hawnhekk, ħalli nistaqsikom mistoqsija. Lejlet il-Milied, meta tkunu fis-sodda – qatt kontu eċċitati, tant li ma stajtux torqdu? – sal-punt li bdejtu tinkwetaw li forsi ma torqdux u umbad tispiċċaw torqdu waqt il-ġurnata tal-milied kollha?  [Stenna it-tweġibiet tat-tfal]

Issa, huwa improbabbli ħafna li torqdu matul jum il-Milied kollu, imma ejjew nimmaġinaw li jiġri hekk. X’tistaw titilfu jekk jiġri dan? [Stenna t-tweġibiet]

Hekk hu! Per eżempju, ma tkunux tistaw tiftħu r-rigali tagħkom. Ma tkunux tistgħu taraw in-nies l-oħra jiftħu r-rigali tagħhom. Ma taslux tiekol ikel tal-milied. U li kieku l-ħbieb jew il-familja iżuru biss fil-jum tal-Milied, ma tarawhomx. Fi kliem ieħor, li kieku torqdu matul il-Milied titilfu ħafna affarijiet tajbin, hux hekk?

Dan kollu għandu x’jaqsam mal-parir li Ġesù jagħtina din il-ġimgħa. Minflok jgħidilna biex ma “norqdux fil-Milied,” Ġesù jgħidilna biex, fil-ħajja tagħna kollha, nibqgħu mqajmin ħalli ma nitilfux ir-rigal li jġib Ġesù nnifsu. Għalhekk irridu nkunu lesti għal wasla tiegħu – kemm fid-dinja u kif ukoll fil-qalb tagħna. 

Il-mistoqsija hi: aħna kif nistgħu nippreparaw għal xi ħaġa jekk ma nafux meta jew kif se jiġri?

Kull ma nistgħu nagħmlu hu li nippreparaw qalbna. Alla hu dejjem preżenti magħna, u jridna nkunu konxji tal-preżenza tiegħu. Għalhekk, irridu nistaqsu, x’nistgħu nagħmlu biex inkunu konxji tal-preżenza taʼ Ġesù? Per eżempju, nistgħu nitolbu u naqraw il-Bibbji tagħna. Nistgħu nippruvaw immorru l-quddies aktar spiss. Nistgħu nippruvaw inkunu aktar konxji billi naraw lil Ġesù f’kull persuna li niltaqgħu magħha – għax Ġesù jinsab f’kulħadd! 

Tabilħaqq, għalhekk, hekk kif ilkoll inħejju għall-Milied, ejjew nippruvaw niftakru biex inkunu grati għall-wasla ta’ Ġesù u għall-preżenza tiegħu li hi dejjem hemm.

Radd tas-salib

Għażiż Alla, grazzi talli ġejt fid-Dinja għalina, grazzi talli żammejt il-wegħdiet tiegħek biex issalvana. Għinna ngħixu fil-preżenza tiegħek u nkunu nafu xi jfisser li nippreparaw qalbna għalik. Grazzi għall-imħabba tiegħek. Inħobbok, għażiż Ġesù!

Illum nibdew il-perjodu tant prezzjuż tal-Avvent. Ġesù jgħidilna li xi darba għandu jerġa jiġi – iżda, iktar min hekk, hu irid jiġi primarjament f’qalbna illum qabel għada!

Ibda ara min: 1:44

  • Għandna bżonn inkunu dejjem imqajmin – u mhux aljenati minn affarijiet superfiċjali.
  • Għandna bżonn inżommu il-ħarsa tagħna fuq Ġesù u fuq il-preżenza tiegħu!
  • Whiteboard
  • Whiteboard Marker

Għal darb’oħra, qed nidħlu fl-istaġun qaddis tal-Avvent! Imma x’inhu l-Avvent? Intom x’taħsbu? Ipprovdi ftit ħin għat-tfal sabiex jesprimu ruħhom. 

L-Avvent huwa żmien ta’ tħejjija spiritwali li bih niftħu lilna nfusna aktar bis-sħiħ biex nirċievu l-akbar don li qatt nistgħu nirċievu: lil Ġesù nnifsu!

Il-qari għal dan l-Ewwel Ħadd tal-Avvent ifakkarna li Ġesù xi darba se jerġa’ lura fuq din l-art. Niftakru li Hu se jirritorna fis-sbuħija u l-glorja kollha tiegħu u li din il-miġja se tiġri “f’siegħa li ma nistennewx…”. Dan ifisser li ħadd mhu se jkun jaf meta Ġesù se jerġa’ lura! Imma immaġinaw kieku Ġesù kellu jirritorna llum, jew għada. Kemm aħna ippreparati għalih? Kemm tħossukom ippreparati bħalissa? 

Wara li tipprovdi ftit ħin għat-tfal biex jirriflettu, irrakkonta x-xenarju li jmiss. Immaġinaw li l-aqwa ħabiba tagħkom kienet ġejja d-dar tagħkom għal għeluq sninha. Tkunu kuntenti hux? Iżda, fuq kollox, tieħdu l-ħin ukoll biex tippreparaw d-dar għaliha, hux hekk? Tirranġaw l-kamra tagħha, tipprovdu spazju biżżejjed għaliha, eċċ. Dan huwa dak li nagħmlu meta nilqaw lil xi ħadd li nħobbu.

Issa, il-mistoqsija hi, x’nistgħu nagħmlu aħna biex nippreparaw għal Ġesù? Apparti li xi darba hu se jerġa’ lura lejn l-art, Ġesù jrid ukoll jitwieled f’qalbna kuljum. Fil fatt, Ġesù jrid jitwieled f’qalbna llum stess. X’nistgħu nagħmlu biex inkunu aktar miftuħa għal Ġesù sabiex nirċievuh?

Xi ideat:

• Ħudu ftit ħin biex titolbu flimkien jew waħedhom 

• Aqraw dwar il-ħajja tal-Qaddisin – Il-Qaddisin huma nies li kienu qrib ħafna ta’ Ġesù

• Tkellmu dwar Ġesù ma’ sħabkom!

Minbarra dawn, hemm ukoll xi attivitajiet ta’ oħra karità li nistgħu nagħmlu biex niftħu lilna nfusna aktar għal Ġesù!

• Agħtu l-ikel lil bank tal-ikel

• Żuru n-nanniet u qattgħu l-ħin magħhom

• Żuru persuni li japprezzaw u l-enerġija u l-ferħ tat-tfal: bħal nies fi sptar jew fi djar tax-xjuħ

• Stiednu lil xi ħadd minn barra l-familja tagħkom għal l-ikel, jew ipprovdu ikel lil xi ħadd li m’għandux 

Li kieku ngħixu llum u kuljum bħallikieku kien il-jum li fih ġej Ġesù, bla ebda dubju, ir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù u ma’ xulxin titjieb u tikber! Ejja nippruvaw, allura, bil-mod il-mod. Nagħmlu sforzi żgħar sa ma fl-aħħar Ġesù ikun jista’ jiġi f’qalbna ukoll! Isimaw s-silta.

Inroddu s-salib

Għażiż Ġesù, taf li mhux dejjem faċli għalina li nżommuk f’moħħna u f’qalbna. Xi drabi ċertu attivitajiet – bħal vaganzi u festi – ifixkluna. Dan l-Avvent, nitolbuk tgħinna nifhmuk aktar. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għalik, sabiex inkunu nistgħu ngħożżu l-preżenza tiegħek kuljum!

Amen.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż bil-qari mill-Bibbja fil-Quddiesa. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet marbuta mal-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd u li għandhom jispirawk tgħix kuljum dan il-qari mill-Bibbja.