Il-ħames jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fil-ħames jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…ħames ċrieket tad-deheb (On the fifth day of Christmas my true love gave to me… five golden rings)

Il-ħames ċrieket tad-deheb jirreferu għall-ewwel ħames kotba tat-Testment il-Qadim. Dawn il-kotba jirrakuntaw il-bidu tar-relazzjoni ta’ Alla mal-bniedem u r-relazzjoniji tiegħu mal-Poplu ta’ Iżrael, ma’ min jagħmel patt. Alla jwiegħed li jħobbhom u jipproteġiehom, jekk jobdu l-liġijiet tiegħu. Dawn il-kotba magħrufa bħala l-Liġi, Torah jew Pentatewku.

Talba

Għażiż Alla, illum infakkru l-festa tal-Familja Mqaddsa. Niftakru għalhekk fil-familja tiegħek, imxerrda mad-dinja kollha, nitlob b’mod speċjali għall-membri kollha tal-familja tiegħi, biex illum ma jiltaqgħu mal-ebda diffikultajiet u periklu. Ammen.

Nagħmlu

Illum ħu ritratt tiegħek mal-bqija tal-familja u poġġieh fil-kamra tiegħek.

Nagħtu l-kulur