Fit-tnax-il jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…tnax il-persuna jdoqqu t-tnabar (On the twelfth day of Christmas my true love sent to me… twelve Drummers Drumming)
It-tnax il-daqqaqa tat-tnabar jirrappreżentaw it-tnax il-punt ta’ twemmin li hemm fil-Kredu tal-Appostli. Il-kredu huwa dikjarazzjoni formali tat-twemmin nisrani. Nhar ta’ Ħadd u fil-festi kmandati, waqt il-quddiesa, wara l-omelija, ngħidu l-Kredu ta’ Niċea, li huwa itwal. It-tnax il-punt ta’ duttrina (twemmin) huma dawn:
Dawn it-tnax-il twemmin huma ċ-ċentru tal-ħajja nisranija. Illum hija l-festa tal-Epifanija. Niċċelelbraw meta l-għorrief, imxew wara kewba sakemm waslu ħdejn Ġesù Bambin, biex iqimuh u joffrulu r-rigali.
Talba
Għażiż Ġesù, permezz ta’ stilla, inti mexxejt lill-għorrief sakemm waslu għandek. Ressaqna aktar qrib tiegħek bid-dawl tal-fidi, sabiex aħna nadurawk u nqimuk. Ammen.
Nagħmlu
Tradizzjoni Kattolika assoċjata mal-Epifanija hija “it-tberik tal-ġibs u l-bibien.” Staqsi lill-kappillan iberiklek biċċa ġibs. B’din se tikteb fuq il-bieb tad-dar is-sena (2023) u l-inizjali tat-tliet għorrief. Caspar (C), Melchior (M) u Balthazar (B). Is-slaleb jirrappreżentaw lil Kristu, u t-tifsira hija, “Kristu bierek din id-dar.”
20 + C + M + B + 23
Meta tagħmlu dan tkunu qed toffru barka fuq kulmin joqgħod ġod-dar u fuq dawk kollha li jidħlu d-dar matul is-sena. Staqsu lill-ġenituri biex jixtrulkom biċċa ġibs sabiex tkunu tistgħu tagħmlu din il-barka speċjali.
Mela issa, tafu t-tifsira ta’ dan l-innu tal-Milied. Meta terġgħu tisimgħuh tiftakru li dan l-innu mhuwiex dwar tnax-il rigal stramb, iżda dwar tnax-il rigal ta’ mħabba mingħand Alla għalina li aħna dixxipli, u lill-poplu tas-saltna tiegħu, lill-kattoliċi (universali) biex ngħożżuhom matul ħajjietna kollha.
Nagħtu l-kulur