It-tnax-il jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fit-tnax-il jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…tnax il-persuna jdoqqu t-tnabar (On the twelfth day of Christmas my true love sent to me… twelve Drummers Drumming)

It-tnax il-daqqaqa tat-tnabar jirrappreżentaw it-tnax il-punt ta’ twemmin li hemm fil-Kredu tal-Appostli. Il-kredu huwa dikjarazzjoni formali tat-twemmin nisrani. Nhar ta’ Ħadd u fil-festi kmandati, waqt il-quddiesa, wara l-omelija, ngħidu l-Kredu ta’ Niċea, li huwa itwal. It-tnax il-punt ta’ duttrina (twemmin) huma dawn:

  • Nemmen f’Alla, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.
  • Nemmen f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna.
  • Ġesù kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni.
  • Ġesù bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh, niżel bejn l-imwiet. 
  • Mat-tielet jum Ġesù, qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier.
  • Ġesù għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.
  • Nemmen fl-Ispirtu s-Santu.
  • Nemmen fil-Knisja Mqaddsa Kattolika.
  • Nemmen fix-Xirka tal-Qaddisin.
  • Nemmen fil-maħfra tad-dnubiet.
  • Nemmen fil-qawma tal-imwiet.
  • Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem. 

Dawn it-tnax-il twemmin huma ċ-ċentru tal-ħajja nisranija. Illum hija l-festa tal-Epifanija. Niċċelelbraw meta l-għorrief, imxew wara kewba sakemm waslu ħdejn Ġesù Bambin, biex iqimuh u joffrulu r-rigali.

Talba

Għażiż Ġesù, permezz ta’ stilla, inti mexxejt lill-għorrief sakemm waslu għandek. Ressaqna aktar qrib tiegħek bid-dawl tal-fidi, sabiex aħna nadurawk u nqimuk. Ammen.

Nagħmlu 

Tradizzjoni Kattolika assoċjata mal-Epifanija hija “it-tberik tal-ġibs u l-bibien.” Staqsi lill-kappillan iberiklek biċċa ġibs. B’din se tikteb fuq il-bieb tad-dar is-sena (2023) u l-inizjali tat-tliet għorrief. Caspar (C), Melchior (M) u Balthazar (B). Is-slaleb jirrappreżentaw lil Kristu, u t-tifsira hija, “Kristu bierek din id-dar.” 

20 + C + M + B + 23

Meta tagħmlu dan tkunu qed toffru barka fuq kulmin joqgħod ġod-dar u fuq dawk kollha li jidħlu d-dar matul is-sena. Staqsu lill-ġenituri biex jixtrulkom biċċa ġibs  sabiex tkunu tistgħu tagħmlu din il-barka speċjali.

Mela issa, tafu t-tifsira ta’ dan l-innu tal-Milied. Meta terġgħu tisimgħuh tiftakru li dan l-innu mhuwiex dwar tnax-il rigal stramb, iżda dwar tnax-il rigal ta’ mħabba mingħand Alla għalina li aħna dixxipli, u lill-poplu tas-saltna tiegħu, lill-kattoliċi (universali) biex ngħożżuhom matul ħajjietna kollha.

Nagħtu l-kulur