Hellow tfal!
It-tissues huma fraġli. Faċli ħafna li jiċċarrtu. Aħseb f’xi ħadd li taf, jew gruppi ta’ nies, pereżempju, dawk li huma morda, anzjani jew bla dar, li jistgħu jħossuhom fraġli jew vulnerabbli minħabba x-xjuħija jew għax għandhom kundizzjoni medika. Minħabba dan isiru iktar vulnerabbli għax ġisimhom ma jkunx jiflaħ jirreżisti l-mard. Huwa importanti li tkun sensittiv għall-bżonnijiet u tipproteġi nies vulnerabbli u dgħajfa.